L-Atletika Maltija f’Kompetizzjoni f’BRNO

Tuesday, September 10, 2013, 9:13

Illum, ghadd ta’ zghazagh mill-Ghaqda Maltija ta’ l-atletika, l-MAAA, telqu fuq vjagg lejn ir-Repubblika Ceka, fejn fuq jumejn il-gimgha d-diehla sejrin ikunu qed jikkompetu ma ghadd ta’ tfal ohra ta’ l-istess eta` taghhom. Fil-fatt, din il- kompetizzjoni, l-European Kids Athletics Games, issa fit-8 sena taghha, mistennija tigbed lejn il-belt ta’ Brno il fuq minn 1200 tifel u tifla ta’ bejn il-11 u il-15 ilsena. Dan l-ammont kbir jingabar minn ghadd gmielu ta’ skejjel u klabbs ta’ lAtletika, l-aktar mir-Repubblika Ceka u dik Slovakka, izda mhux biss.

Dejjem prezenti jkun hemm kontingenti ohra mill-Ewropa, fosthom mill-Ungerija, lIngilterra, Wales, il-Latvia, l-Estonia, ir-Russja, il-Finlandja, il-Germanja u din issena, mir-Rumanija u l-Italja, fejn tfal jikkompetu biss ma ohrajn li jkunu twieldu flistess sena. Innovazzjoni li mill-ewwel giet milqugha tassew tajjeb. LAssocjazzjoni s-issa hadet sehem sitt darbiet f’din il-kompetizzjoni li talaq listagun sajfi ta’ l-atletika Maltija u fejn din is-sena hu mistenni li l-ammont ta’ midalj mirbuha f’din il Belt jaqbez l-40 wahda. Din id-darba il-kontingent Malti hu kompost minn 9 tfajliet u 6 subien, li, skont l-ghazla tal-MAAA, sejrin jiehdu sehem fil-firxa ta’ l-4 dixxiplini. L-isprints, fit-tlielaq ghat-tul, fil-qbiz u fit-tfigh. Filkategorija tal-bniet, dawk bl-aktar esperjenza internazzjonali huma Janet Richard u Nadine Gatt fl-isprints u Laura Sammut fl-1500m u huma l-aktar ikkwotati.

Madanakollu Nicole Attard Glivau mistennija taghti sfida xierqa, specjalment filhurdles, u l-istess mistenni minn Katriona Cuschieri fit-tfigh tax-xott u Kaylie Riolo fl-ispecialita taghha, il-qbiz, kemm dak vertikali kief ukol dak fit-tul. Ha jservi zgur ta’ gid bhala l-ewwel darba ghalihom, ser tkun it-taqtiegha fl-isprints li sejrin jiehdu sehem fihom Anthea Camilleri, Andrea Schwaiger – li gejja mill-gzira ta’ Ghawdex, u ghall-izghar fost il-bniet, Francesca Mercieca. Mill-grupp tassubien, huwa Luke Scicluna biss li kien diga prezenti f’BRNO. Luke, flimkien ma Nick Cassar Torregiani u Miguel Grixti sejrin jiehdu sehem fl-isprints, fil-qbiz ghattul u ta’ l-ahhar fit-tfiegh tal-Javelin. Stefan Pace Parascandolo ukol sejjer jiehu sehem fil-qbiz izda zgur li sejjer ikun aktar herqan jiehu parti fl-1500m, lispecialita tieghu. Iz-zewg subien l-ohra, it-tnejn ta’ 13 il-sena, huma Luke Mizzi li  ser jiehu sehem fit-800m, u Nassim Dardouri, li jikkompeti fl-isprints. L-ahhar event ta’ nhar l-Erbgha jkunu l-events tar-relay, fejn bhas-snin ta’ qabel, xi medalja m’ghandiex tonqos, bhal kief inhu mistenni mill-events individwali – dejjem jekk il-preparamenti serji li saru jaghtu l-frott taghhom.

Imexxu il-grupp hemm zewg dirigenti tal-Assocjazzjoni, Stephen Spiteri u Pierre Xuereb, it-tnejn b’eperjenza siewja f’dan il-qasam.





Leave a comment