L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Boxing tuża ponn iebsa kontra events mhux sanzjonati

Friday, August 4, 2017, 12:58

 

1 t’ Awwissu 2017

                                                                                 S tqarrija ghall l-iStampa

 

Il-Kunsill Ezekuttiv tal- Malta Boxing Association jixtieq jinforma lill pubbliku ngenerali u lill kull min hu kkoncernat li hija m’ghanda l-ebda konnessjoni mal- avveniment tal-boxing li ser ikun qed jinzamm fit- 22 ta’ Settembru 2017, f’tas-Sliema. L-MBA tinnota li jippartecipa f’dan l-avveniment ser ikun hemm hemm is-sur Scott Dixon, boxer li bhalissa qieghed jiskonta sospensjoni ta’ erba snin li fihom ma jistax jippartecipa fl-ebda tip ta’ attivita sportiva. Din is-sospensjoni giet imponuta fuqu minn- National Anti-Doping Organisation, wara li dan kiser ir-regolamenti tal-WADA, agenzija internazzjonali li tikkontrolla l-uzu tad-drogi fl-isports. Ghaldaqstant, is-sur Scott Dixon jinsab taht sospensjoni anke minn SportMalta u l-MBA. Barra minnhekk, huwa jinsab ukoll fuq il-lista ta’ boxers sospenduti tal- European Boxing Union (EBU), li l-MBA hija msiehba maghha bhala membru.

Ir-Regolamenti ta’ l-EBU jishqu li l-ebda boxer jew ufficcjal iehor li huwa licenzjat minn Assoccjazzjoni membru taghha, ma jista jippartecipa f’avvenimenti li mhumiex rikonoxxuti mill-EBU. Ghall dawn ir-ragunijiet, il-Malta Boxing Association mhix ser tkun qeghda tillicenzja dan l-avveniment tat- 22 ta’ Settembru 2017. Ghaldaqstant, l-ebda boxer, ufficcjal jew membru iehor licenzjat mill-MBA ma jista jippartecipa f’dan l-avveniment.  Partecipazzjoni f’avvenimenti mhux licenzjati minn membri licenzjati ta’ l-MBA tirrizulta f’azzjonjiet dixxiplinarji serji.

 





Leave a comment