L-ASMK tiġbor €810 għal FONDAZZJONI ARKA waqt tiġrija f’Għawdex

Tuesday, October 6, 2015, 20:28

Note:This article has been posted in both Maltese and English

Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bil-Malti u bl-Ingliż

Gavin Muscat

ASMK Endurance Race nhar is-Sibt li ġej

L-ASMK tiġbor €810 għal FONDAZZJONI ARKA waqt tiġrija f’Għawdex

Nhar is-Sibt 3 t’ Ottubru l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se torganizza  attivita’ bil-Karozzi Autocross. Dan ser isir fil-Kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni f’Ta’ Qali u kollox jibda fit-8:00pm fejn il-karozzi Autocross u għall darb’oħra taħt id-dawl artifiċjali ser issir it-tigrija “Endurance Race”. Din it-tigrija se tkun twila siegħa sħiħa u dawra. Jirbaħ din it-tigrija min jirnexxilu jagħmel l-iktar laps matul dan il-ħin. Fl-aħħar edizzjoni li saret gew irregistrati 94 dawra u din id-darba l-Assoċjazzjoni iddeċidiet li tipprova tissupera ir-rekord li gie rregistrat fil-Malta Records is-sena li għaddiet bħala l-itwal tigrija bil-karozzi fil-korsa f‘Malta.  Jidher li sa illum m’hemm l-ebda attivita’ ta’ dan it-tip fil-Motorsport li hija rregistrata. Għal din l-attivita’ se jieħdu sehem madwar tmien karozzi li jista’ jkollom sa tlett sewwieqa fuq kull karozza. Taħt regolamenti li kull kompetitur irid isegwi bir-reqqa għall fatt li fejn is-soltu jitnaqsu l-punti fuq xi penali f’dan il-każ se jitnaqqsu numru ta’ dawriet bħala penali.

Matul it-tmiem tal-gimgħa li għaddiet bejn is-Sibt 19 u il-Ħadd 20 ta’ Settembru 2015 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) organizzat b’suċċess it-tieni attivita bil-karozzi Autocross fis-Sannat,Għawdex. Bil-kolaborazzjoni u l-għajnuna mill-Ministru għal Għawdex li offra s-sapport tiegħu għaż-żewg attivitajiet li għamlet l-għaqda matul din is-sena (dik bil-muturi Enduro li saret f’April li għadda u din tal-karozzi li saret nħar il-Ħadd.)

Ix-Xogħol fuq il-korsa tal-Karozzi dam sejjer gimgħa b’diversi xogħolijiet li saru mill-ħaddiema tal-Gvern u l-Uffiċjali tal-ASMK. Dan sar b’tħaddim tajjeb ta’ riżorsi u makkinarju li għandha l-ASMK u makkinarju ieħor li matul din il-ġimgħa ġew minn diversi benefatturi kif ukoll bl-għajnuna tal-Ministeru f’Għawdex. L-Assoċjazzjoni tixtieq tirringrazzja lil-Familji Cassar u Curmi li ppermetew l-użu tal-art fis-Sannat biex tinbidel f’korsa temporanja tal-karozzi għal ftit ijiem kif ukoll diversi għajnuniet li kellna mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija u tas-Sannat, mill-Korp tal-Pulizja, mid-Dipartiment tax-Xogħolijiet f’Għawdex, il-Gozo Sports Board u fl-aħħar u mhux l-inqas grazzi speċjali lil Familja Apap mir-Rabat li assistew lill-uffiċjali tal-ASMK f’kull problema li iltaqaw magħha matul din il-ġimgħa.

Din l-attivita’ saret biex jinġabru fondi b’risq il-Fondazzjoni Arka u grazzi għal ġenerozita’ tal-ispettaturi li ġew jaraw u jikkontribwixxu bid-donazzjonijiet tagħhom inġabret is-somma ta’ €810.00. Waqt il-preżentazzjoni lir-rebbieħa il-President tal-ASMK qal li għal din is-sena Dun Michael Galea mill-Fondazzjoni Arka ma setax ikun magħna minħabba li kien barra mill-pajjiż. Dun Michael xorta irringrazzja lill-Għaqda għal din id-donazzjoni li nġabret fi ftit sigħat.

Waqt il-preżentazzjoni tat-trofej lill-kompetituri rebbieħa kien hemm ukoll Dr.Grezzju Mercieca. Dan kien qed jirrapreżenta lill-Ministru għal Għawdex u wkoll għamel kelmtejn tal-okkazzjoni u irringrazzja lill kullħadd speċjalment lill-Uffiċjali li irnexxilhom fi ftit ijiem ibiddlu għalqa f’kumpless sportiv tal-Motorsport.

Frans Deguara (President tal-Għaqda) irringrazzja lill kullħadd u qal li jekk l-għajnuna tkun ipprovduta mill-Assoċjazzjoni hi se terġa torganizza avvenimenti bħal dawn kemm bil-karozzi kif ukoll bil-muturi f’Għawdex matul is-sena li ġejja.

Intant ħarsa lejn x’ġara matul il-ġurnata tal-Ħadd fejn 30 kompetitur irreġistraw għal din il-kompetitzzjoni, maqsuma f’erba klassijiet dik Autocross bis-sewwieqa Maltin u klassi oħra bis-sewwieqa Għawdxin, Autocross Standard bis-sewwieqa Maltin u oħra bl’ Għawdxin.

Fl-Autocross bis-sewwieqa Maltin rajna lill Henry Borg fuq Alfa Sud u Christian Apap fuq Ford Fiesta jiddominaw il-ġurnata bir-rebħ tagħhom fil-Heats kollha tal-ġurnata biex issiġillaw posthom fil-finali Klassi A. Magħhom ikkwalifikaw Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa, Jurgen Mallia fuq Honda Civic u Godwin Martin fuq Peugeot 206. Mat-tluq ta’ din il-finali rajna ħruġ tajjeb ħafna minn Borg u Camilleri li mill-ewwel ħadu l-ewwel żewġ pożizzjonijiet segwiti minn Apap u Mallia rispettivament. L-attenzjoni mill-ewwel marret fuq Apap li beda jagħmel pressjoni fuq Camilleri fejn matul it-tieni dawra Apap irnexxilu jissupera lill Camilleri bil-finali tispiċċa b’Borg rebbieħ segwit min Apap u Camilleri, fir-raba’ u il-ħames post spiċċaw Mallia u Martin rispettivament.

Fl-Autocross Finali Klassi B rajna lil Ivan Birmingham fuq Suzuki Swift jirbaħ il-finali segwit minn Jean Paul Grech fuq Peugeot 106. Fit-tielet post spiċċa Noel Zammit fuq Hillman IMP. Matthew Galea fuq Ford Escort u Josepħ Micallef fuq Opel Corsa li spiċċa l-ġurnata fir-raba’ u fil-ħames post rispettivament.

Fl-Autocross bis-sewwieqa Għawdxin rajna lil Marvin Grima fuq Opel Corsa jirbaħ il-ġurnata segwit min Cecil Cefai fuq Ford Escort. Fit-tielet post spiċċa Marvic Vassallo fuq Ford Escort filwaqt li fir-raba’ post spiċċa Joseph Gauci fuq Alfa Sud.

Fl-Autocross Standard bis-sewwieqa Maltin kienet mirbuħa min Deane Farrugia fuq Citroen AX segwit min Traydon Bailey fuq Ford Ka. Fit-tielet post spiċċa Johann Vella fuq Opel Corsa, Ryan Vella fuq Peugeot 205 u John Agius fuq Peugeot 206 spiċċaw l-ġurnata fir-raba’ u l-ħames post rispettivament.

Fl-Autocross Standard bis-sewwieqa Għawdxin rajna lil aħwa Sultana jiddominaw b’Chris fuq Mazda jirbaħ il-ġurnata segwit minn Ivan fuq Peugeot 106. Fit-tielet post spiċċa Lawrence Galea fuq Honda Civic.

Intant l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi ħabbret xi tibdil żgħir fil-Kalendarju tal-istaġun 2015/2016. It-Trials se jibdew bl-ewwel attivita’ nhar il-Ħadd 18 ta Ottubru 2015 fil-Barriera tal-Ballut fin-Naxxar,  filwaqt li l-karozzi Autocross u l-Motocross se jibdew l-istaġun fil-25 t’ Ottubru 2015. Il-bidu tal-istaġun Enduro mistenni jkun imħabbar fil-jiem li ġejjin. Għal iktar informazzjoni żuru is-sit elettroniku www.asmk.org.mt .

Stampi ta’ Matthew Ben

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

ASMK ENDURANCE RACE ON SARURDAY 3RD OCTOBER

ASMK donates €810 in Sannat for ARKA Foundation

On Saturday 3rd October the Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) will be organizing an Autocross Endurance Race at the Association Sports Complex in Ta ‘Qali. This Malta Records Race attempt starts at 8:00 pm under artificial lighting throughout the “Endurance Race”. This race lasts One Full Hour plus One Lap. The winning car and team is the car who succeeds in making the most laps during this time. In last year’s edition Emanuel Muscat recorded 94 Laps. This time the Association decided trying to overcome last year’s record which is also registered in the ‘Malta Records’ as the longest car race on Offroad track in Malta. Till today there is no event of this kind in motorsport that is registered. For this event 8 to 10 cars are expected to participate with a maximum of three drivers per car during the Hour. Under stringent regulations each competitor must follow the race rules or otherwise a number of Laps will be deducted instead of penalty points.

During the weekend of Saturday 19th and Sunday 20th September 2015 the Association (ASMK) successfully organized the Second Autocross Cars event in Sannat Gozo. This was possible with the collaboration and assistance of the Minister for Gozo who offered his support towards ASMK to hold two motorsport events in Gozo during this year. One was the motorcycling Enduro race held last April and this event for Cars held on Sunday 20th September.

Work on the Autocross temporary racetrack in Sannat lasted a week. ASMK brought over the necessary machinery from Malta together with works performed by Government Gozo Ministry Workers, Gozo contractors supporting this event and ASMK Officials. The works were well organised by ASMK Officials on site. The Association wishes to thank the Curmi and Cassar families who are the owners of the site land in Sannat to be converted into a temporary Autocross track for a few days. Thanks to are directed to the Xewkija and Sannat Local Councils, the Gozo Police Corps, the Works Department in Gozo, the Gozo Sports Board and finally and not least special thanks to Apap Family of Victoria for assisting the ASMK Officials in any problem encountered during this week.

As this activity was held to collect funds in aid of ‘Arka Foundation’ thanks go too to the generosity of the spectators watching the event and contributing their donation. ASMK collected € 810.00 for ARKA Foundation.

During the presentation of trophies to the winners ASMK President said that Fr Michael Galea by Arka Foundation could not be with us because he was abroad yet Rev. Michael passed his thanks to ASMK for the donation collected within a few hours in Gozo.

During the presentation of trophies to the winning competitors Dr. Grezzju Mercieca was present and representing the Minister for Gozo also made words for the occasion and he thanked all present especially the ASMK Officers who within a few days converted a field into a Motorsport Complex for Autocross to raise funds for ASKA.

Frans Deguara President of the Association thanked all present and said that if the aid is provided again next year the Association will come over again to organize more events for cars and motorcycles in Gozo over the coming year for all Maltese and Gozo drivers too.

Meanwhile look at the Sunday competition event in Gozo where 30 competitors registered for this competition. The competitors were divided into four classes mainly for Modified Autocross cars driven by Maltese drivers and another Class for Gozo drivers. The Standard Autocross car drivers were also divided for Maltese and Gozo drivers so each class stands better chances in competition.

In the Autocross by Maltese drivers Henry Borg on his Alfa Sud and Christian Apap on a Ford Fiesta both dominated the day by winning all the heats of the day thus they sealed their place in the Class A Finals. Jonathan Camilleri also qualified on an Opel Corsa, Jurgen Mallia on his Honda Civic and Godwin Martin on the Peugeot 206. On the start of this Race Final Borg and Camilleri immediately took the lead followed by Apap and Mallia. Soon Apap started adding pressure and overtook on Camilleri during the second Lap. Borg won the race followed by Apap and Camilleri.  Mallia and Martin respectively finished in fourth and fifth place.

In Autocross Class B Final we saw Ivan Birmingham on his Suzuki Swift winning this final ahead of JeanPaul Grech on a Peugeot 106. Third place was won by Noel Zammit on a vintage Hillman IMP. Matthew Galea on Ford Escort and Joseph Micallef on an Opel Corsa finished the day in fourth and fifth place respectively.

In the Gozo Autocross drivers Class ww saw Marvin Grima on his Opel Corsa winning the day followed by Cecil Cefai on his Ford Escort Mk 2. Marvic Vassallo on Ford Escort finished in 3rd place while Joseph Gauci finished in 4th place of this fast race.

In the Standard Autocross Class for Maltese drivers Deane Farrugia on Citroen AX won the Race Final. He was followed by Traydon Bailey on his Ford Ka. Johann Vella on Opel Corsa finished in third place and Ryan Vella on a Peugeot 205 finished in 4th place. John Agius on Peugeot 206 finished the day in fifth place following a spin.

In the Gozo Autocross Standard Class we saw a compat for the lead between the Sultana cousins who also dominated the Haets. Chris on his Mazda won the day’s Final followed by Ivan on a Peugeot 106. Lawrence Galea on a Honda Civic finished in third place.

Meanwhile the Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) announced a small change in the Events Calendar for the 2015/2016 season. The Trials will launch their first event on Sunday 18 October 2015 in the Quarry Tal-Ballut L/o Naxxar.  The Autocross and Motocross events starts on 25 October 2015. The Enduro season dates are expected to be announced in the coming days. For more information visit the site www.asmk.org.mt

Photos by Matthew Ben

————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————

Christian Apap fuq Ford Fiesta

————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————

Henry Borg fuq Alfasud

————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————

Joseph Micallef fuq Opel Corsa

————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————

Noel Zammit fuq IMP

————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————

 

Philip Vella fuq Mazda

————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————————

Traydon Bailey fuq Ford Ka

 

 

 

 

 

 

 





Leave a comment