L-Archery Association of Malta b’sehem tajjeb f’kompetizzjonijiet internazzjonali

Tuesday, November 13, 2018, 8:51

Kontinġent mill- Archery Association of Malta ħa sehem f’żewġ kompetizzjonijiet internazzjonali bejn it-18 ta’ Ottubru u l-4 ta’ Novembru. It-team intagħżel fil-bidu tas-sajf minn meta training intensiv beda bi preparamenti għal dawn il-kompetizzjonijiet. It-team ipparteċipa fi tlett kategoriji ta’:

Compound Men b’Daniel Schembri, Patrick Zammit u Ryan Zammit;

Recurve Women b’Michelle Abela;

Recurve Junior Men b’Jeremy Bartolo;

John Schembri kien il-Head Coach.

F’Messkirch, il-Ġermanja, it-team mar tajjeb hekk kif Daniel Schembri ġab 559, Patrick Zammit 557 u Ryan Zammit ġab 542. Michelle Abela (b’ 548) u Jeremy Bartolo (b’ 493) ġew fl-ewwel u t-tieni post fil-kategoriji rispettivi tagħhom.

Għaxar t’ijiem wara, ġewwa Ċipru, it-team kellu jispara f’kundizzjonijiet ta’ riħ ferm diffiċli u qalb kompetizzjoni qawwija. It-team tal-Compound (D.Schembri/P. Zammit/R.Zammit) mar tajjeb ħafna bir-rebħ tat-tieni post fil-Compound Men Team Event u r-rebħ tat-tielet post fir-Recurve Mixed Event. Fl-isparar individwali, Ryan Zammit rebaħ lis-seed numru wieħed tat-tournament.

L-Archery Association of Malta hija sodisfatta ħafna bil-policy li qabdet fir-rigward tal-preparazzjoni ta l-atleti tagħha u l-esperjenzi li dawn qed jieħdu bil-parteċipazzjoni f’tournaments internazzjonali ta’ kalibru għoli. Dan ix-xogħol għaddej u se jkompli taħt il-gwida tal-head coach John Schembri, b’ippjanar u twettiq ta’ strateġija teknika għas-sena d-dieħla.

F’Ċipru, mix-Xellug għal-Lemin: Patrick Zammit, Daniel Schembri, Michelle Abela, John Schembri, Jeremy Bartolo, Ryan Zammit





Leave a comment