L-Archery Association of Malta b’sehem f’kompetizzjonijiet internazzjonali

Thursday, October 18, 2018, 9:00

Kontinġent mill- Archery Association of Malta magħmul minn Michelle Abela, Jeremy Bartolo, Daniel Schembri, Patrick Zammit u Ryan Zammit, flimkien ma John Schembri bħala l-Head Coach se jieħdu sehem f’żewġ kompetizzjonijiet konsekuttivi internazzjonali bejn it-18 ta’ Ottubru u l-4 ta’ Novembru.

L-ewwel kompetizzjoni se tkun it-Tournament Internazzjonali Indoor ta’ Messkirch flimkien ma ‘training camp’ fil Beiter Archery Centre f’Dauchingen, Ġermanja. It-tieni kompetizzjoni se tkun is-Cyprus International Archery Cup illi hija kompetizzjoni ‘outdoor’ li se tinżamm bejn il-31 ta’ Ottubru u l-4 ta’ Novembru.

It-team illi ntgħażel wara sensiela ta’ kompetizzjonijiet MQS u taħriġ organiżżat mill-Archery Association of Malta matul ix-xhur ta’ qabel, se jikkompetu fil-kategoriji rispettivi tagħhom kif ukoll fit-taqsima tar-Recurve u tal-Compound.





Leave a comment