L-aqwa baħħara fil-Kampjonat Nazzjonali tal-IOM għall-2018

Tuesday, March 13, 2018, 8:29

Il-Bank of Valletta għal darb’oħra qed jappoġġja l-Kampjonati Nazzjonali fil-kategorija tal-International One Metre (IOM) organizzati mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mudelli tad-Dgħajjes.

Ir-Rebbieħ Nazzjonali tal-IOM huwa l-baħħar Malti li jispiċċa fl-ewwel post matul il-kampjonati tal-International One Metre li se jsiru fil-Mellieħa Bay Hotel bejn il-15 u t-18 ta’ Marzu 2018 u li din is-sena se jkunu qed jieħdu sehem fihom aktar minn 40 baħħar minn 8 pajjiżi differenti, jiġifieri Malta, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, in-Norveġja, l-Italja, l-Iżvezja, in-Netherlands u għall-ewwel darba anke kompetitur mill-Ungerija. L-avveniment huwa appoġġjat mill-Bank of Valletta, minn Thomas Smith Group u minn Charvin Press.

L-International One Metre (IOM) hija klassi ta’ tbaħħir ikkontrollat bir-radju bl-użu ta’ dgħajjes li l-bwieq tagħhom huma ta’ metru fit-tul, bi qlugħ u bwieq standardizzati biex tiġi enfasizzata l-kapaċità tal-kaptani tagħhom.

Il-Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni tal-inizjattivi sportivi f’Malta u ilu għal żmien twil jappoġġja l-avvenimenti tal-MMBA.

Aktar informazzjoni dwar il-kompetizzjoni tal-IOM u l-Kampjonati Nazzjonali tinsab fuq il-websajt tal-MMBA: http://www.mmba.moonfruit.com.

Il-pubbliku huwa mistieden jara dan l-ispettaklu sabiħ ta’ dgħajjes ikkuluriti u tal-ħiliet tat-tbaħħir tal-kaptani tagħhom.





Leave a comment