L-Akkademja ta’ Valletta Subbuteo Club fetħet il-bibien tagħha

Monday, July 2, 2018, 8:26

L-Akkademja ta’ Valletta Subbuteo Club fetħet il-bibien tagħha għall-ewwel plejers ġodda.  Kien hemm interess minn etajiet differenti u l-klabb jispera li jkun hemm plejers feminili wkoll li jibdew jitħarġu dan l-isport.  Valletta Subbuteo Club qed jaħdmu biex f’Awwissu tiġi organiżżata Master Class li tkun imexxija minn plejer barrani.  Iktar dettalji rigward dan il-proġett jiġu mħabbra iktar il-quddiem.  It-taħriġ qed issir kull nhar ta’ Tnejn, f’ 62, Triq San Kristofru, Valletta mis-6.30pm-8.30pm. Dawk interessati jistgħu jikuntattjaw il-klabb fuq 99844579 jew 99408750.





Leave a comment