L-akbar sparatura fuq il-plattini

Friday, August 2, 2013, 8:41

Fit-28 ta’ Lulju 2013 fuq ir-‘ranges’ tal-isparar tal-plattini ta’ Ħal Far, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) organizzat l-Isparatura Annwali tat-Timijiet, fejn jikkompetu timijiet ta’ sitt tiraturi mill-Għaqdiet distrettwali fi ħdan l-FKNK.  Bħal dejjem din l-isparatura tat-timijiet tkun l-akbar waħda li tiġi organizzata fil-ġżejjer Maltin.

Din kienet il-21 sena ta’ din il-kompetizzjoni, fejn kull tim jispara fuq 50 plattina fuq id-dritta.

Ingħataw tazzi lil kull tiratur għall-ewwel erbgħa postijiet tat-tims, li ntrebħu mill-Mtaħleb/Baħrija fl-ewwel post, li ngħataw ukoll ix-xild tal-FKNK għal din l-isparatura, bl-Imsida, Żebbuġ A u Qormi jiġu fit-tieni, t-tielet u r-raba postijiet rispettivament.

Wayne Micallef (Mtaħleb/Baħrija) ġie l-ewwel fost l-‘individuals’ u ngħata ukoll Trowfi li hi sponserjata mill-Ewroparlamentari Dr. John Attard Montalto.  Charles Aquilina (Msida) u Jesmond Tabone (Mellieħa) ġew fit-tieni u t-tielet post tal-‘individuals’ rispettivament.

It-tiraturi kollha li ħadu sehem ingħataw ukoll token sabiħ bħala tifkira tal-okkażjoni.  Il-premijiet ġew imqassma lir-rebbieħa mill-PRO tal-FKNK Joseph Buttigieg.Din l-isparatura tkun organizzata ta’ kull sena mill-Kummissjoni Relazzjonijiet Pubbiċi u Edukattiva (KRPE) fi ħdan l-FKNK.





Leave a comment