L-aħwa Josef u Stefan Borg Grech jirbħu l-Bedrock Offroad Challenge

Saturday, April 29, 2017, 13:27

Oliver Attard

Fi tmiem il-ġimgħa L-All Wheel Drive club organizza attivita ġewwa il-barriera propjeta tal-Blocrete fil-limiti tan-Naxxar bl-isem ta’ Bedrock OffroadChallenge. Numru ta diversi vetturi addatati għal dan it-tip sport ħadu sehem f’zewg klassijiet separati f’din l-isfida ta off-road estrem.

L-aħwa Josef u Stefan Borg Grech rebħu din l-isfida b’mija u tmin punti li gew segwiti vicin ħafna mitt-tim li kien jikkonsisti minn-Neville Ciantar u it-tifel tieghu Lee b’mija u sitt punti. Fit-tielet post sibna lill-Robert Caruana u Malcolm Vella li spiccaw b’sebgha u desghin punt. It-tieni klassi dik ghal-karozzi tat-triq intrebħet minn Brandon Cassar u Thomas Galea, segwiti minn Pierre Tanti u David Xuereb waqt li fit-tielet post sibna lill-koppja Ryan Farrugia u Daniel Debono.





Leave a comment