- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

L-Aħwa Camilleri jkomplu jiddominaw l-ASMK Motocross

Posted By Sportinmalta On February 8, 2018 @ 2:08 pm In Featured,Motorsport | No Comments

Nhar il-Ħadd li għadda l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi kompliet l-istaġun tal-Muturi Motocross fil-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2017/2018. Għal din il-kompetizzjoni rreġistaw 21 kompetitur maqsuma fi tliet klassijiet.

Matul il-ġurnata fi klassi A, fiha ikkompetew riders b’esperjenza u ħiliet f’dan il-qasam, rajna lil Kyle Camilleri fuq KTM jiddomina it-tiġrija tal-kwalifikazzjoni. Kyle kien segwit minn Carmelo Borg fuq Honda u Clayton Camilleri fuq KTM. Matul iz-zewġ Heats l-oħra tal-ġurnata Kyle Camilleri rreġistra ħinijiet rekord fejn dan irnexxielu jirbaħ l-ewwel Heat filwaqt li fit-tieni Heat kien Clayton Camilleri li rebaħ din il-Heat u kien segwit min Kyle Camilleri fit-tieni post. Clayton spiċċa rebaħ it-tiġrija tal-ġurnata segwit minn ħuħ Kyle Camilleri. Dawn it-tnejn jikkompetu fuq muturi KTM filwaqt li fit-tielet post daħal Carmel Borg. Fir-raba post daħal Stefan Dimech fuq Honda u fil-ħames post daħal James Zahra fuq Sherco.

Fil-Klassi B, Bernard Sammut fuq Beta iddomina din il-klassi fejn irnexxielu jirbaħ il-kwalifikazzjoni kif ukoll il-Heats tal-ġurnata. Sammut kien segwit minn Daniel Caruana fuq Honda, filwaqt li fit-tielet post daħal Christopher Hartmann fuq KTM. Fir-raba’ u l-ħames post daħlu Krist Falzon u Michael Sant rispettivament it-tnejn fuq muturi Husqvarna.

Fil-Klassi Veterans, li fiha jidħlu jikkompetu riders ta 40 sena u iktar, Paul Deguara fuq KTM ħareġ rebbieħ. Paul kien segwit minn Andrew Cassar u Daniel Bonnici fuq KTM.

Intant l-attivitajiet tal-Assoċjazzjoni jkomplu il-ġimgha d-dieħla fejn nhar il-Ħamis 15 ta’ Frar 2018 issir il-laqgha u r-reġistrazzjoni għal dawk il-kompetituri li se jieħdu sehem fil-Mini-Car Demolition li se ssir fit-18 ta’ Marzu 2018 fil-Klabb House l-Imtarfa.

Is-Sibt 17 ta’ Frar 2018 fil-Kumpless f’Ta’ Qali issir il-finali Autocross Klassi A li ġiet posposta minn nhar il-Ħadd 26 ta’ Novembru 2017. Din Il-Finali tibda fit-3pm u d-dħul għal din it-tiġrija ħa jkun bla ħlas.

Il-Ħadd 18 ta’ Frar 2018 l-Assoċjazzjoni ASMK sa tkompli b’tiġrija mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2017/2018. Din l-event ħa ssir fil-barriera tal-Fawwara u tibda fl-10:00am. Reġistration tiftaħ fid-9. 00am.

Għal aktar informazzjoni idħlu fuq www.asmk.org.mt jew żuru l-paġna ta’ Facebook Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email li hu info@asmk.org.mt jew mobile 9942 5489

Rittrati ta’ Mario Micallef


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/l-ahwa-camilleri-jkomplu-jiddominaw-l-asmk-motocross/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.