L-Aħħar Tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran

Friday, December 7, 2018, 15:41

Il-Ħadd filgħodu s-sewwieq Andrew Farrugia flimkien mac-Chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg jitilqu għal Sqallija fejn ser issir l-aħħar tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran fil-korsa del Mediterraneo ta’ Siracusa.

Din l-aħħar tappa tiddetermina minn ser ikun it-tim rebbieħ ta’ din is-sena hekk kif Malta tinsab nofs punt taħt l-Italja fit-taqtiha għall-ewwel post. Infakkru li t-tim Malti kien ħareġ rebbieħ fl-aħħar żewġ edizzjonijiet ta’ dan il-kampjonat. F’din l-edizzjoni Malta qasmet il-punti ma’ l-Italja fl-ewwel tappa li saret Malta, ħriġna rebbieħa fit-tappa tar-Russja u spiċċajna t-tieni fit-tappa tas-Serbja fejn ir-rappreżentanti kienu Rodney Gatt, Charles Camilleri u Noel Baldacchino rispettivament.

Waqt din l-aħħar tappa l-MHRU ser tkun qed tiċċelebra l-10 anniversarju mit-twaqqief tagħha u għalhekk ħejjiet programm speċjali b’esebizzjonijiet tal-kulturi diversi mill-pajjiżi msieħba li jvarjaw minn wirjiet, kant u ikel.

Farrugia ser ikun fl-azzjoni il-Ħadd wara nofsinhar f’tiġrija li tibda fl-4:30 pm. Huwa se jsuq in-numru 4 Reflex Grif u ser ikun qed jikkompeti kontra sewwieqa mill-Italja, Serbja, Rumanija, Russja, Franza u Alġerija.





Leave a comment