L-aħħar logħbiet tal-futbol tal-M.E.S.A.

Monday, June 11, 2018, 7:59
Il-Malta Employees Sports Association (MESA) se ttemm l-impenji tagħha tal-Football għal dan l-istaġun nhar it-Tlieta, 12 ta’ Ġunju 2018 biż-żewġ finali tan-Knock-Out li se jintlagħbu fil-grawnd tal-football tal-Għargħur kif jidher hawn taħt:

It-Tlieta, 12 ta’ Ġunju 2018
3.00 p.m. 5-a-side KO Final: AFM vs Ministry of Education
4.00 p.m. 8-a-side KO Final: AFM A vs AFM B

Ta’ min isemmi li għaxar ħadu sehem fin-KO 5-a-side u 21 team fin-KO 8-a-side.

Iċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni se ssir eżattament kif jintemmu ż-żewġ logħbiet.




Leave a comment