L-aħħar ġurnata se tkun deċisiva

Tuesday, February 17, 2015, 16:41

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Huma biss Hibs u Mellieħa li huma ċerti minn post fil-play-offs. Id-disa’ ġurnata li kienet tinkludi wkoll partita rkuprata bejn Athleta u Hibs, ħalliet il-ġlieda bejn St. Nicholas Suns, Phoenix u Athleta miftuħa għal żewġ postijiet. Il-konfront bejn St. Nicholas Suns u Phoenix se jiddeċiedi min se jkunu l-aħħar żewġ timijiet li jikkwalifikaw.

Mellieħa Mr. Green 46

Hibs 57

(16-13)(6-13)(8-16)(16-15)

Hibs kisbu t-tmien rebħa tagħhom fil-kampjonat meta għelbu lil Mellieħa Mr. Green 57-46. Mellieħa rkupraw lil John Muscat u kienu ġejjin minn erba’ rebħiet konsekuttivi. Hibs ġejjin mir-rebħ tan-Knockout matul il-ġimgħa. Kienu Mellieħa li bdew tajjeb bi break ta’ 7-0 li għalquh bi trippla ta’ Rihards Polis. Hibs wieġbu bil-punti ta’ Michael Giusti u kellhom ukoll trippla ta’ Simon Attard. Wara baskets ta; Robert Loporto għal Mellieħa, Hibs ħadu l-vantaġġ bil-punti ta’ Kieron Caruana u Fabrizio Mariani. Mellieħa kellhom sitt punti oħra biex temmew l-ewwel taqima 3 minn fuq. Fil-ftuħ tat-tieni perjodu, Mellieħa naqqsu mill-punti u Hibs kellhom run ta’ 11-2 fosthom trippla ta’ Stefan Vella. Mellieħa finalment wieġbu bil-baskets ta’ Clint Grixti u Loporto bil-Hibs jagħlqu b’basket ta’ Mariani biex daħlu jistrieħu 26-22 minn fuq.

Fit-tielet perjodu, Hibs bdew tajjeb bil-punti ta’ Attard u Vella. Mellieħa wieġbu permezz ta’ Polis u Grixti qabel ma Hibs għamlu sitt punti oħra bit-tieni trippla ta’ Vella. Emanuel Lupo wieġeb għal Mellieħa però Hibs baqgħu 12 minn fuq fit-tmiem il-perjodu 42-30. Fl-aħħar taqsima kien hemm punti fuq kull naħa però Hibs kienu għadhom 10 minn fuq 46-36. Hibs kellhom run oħra ta’ 9-0 bi trippla ta’ Caruana u fetħu vantaġġ ta’ 19 –il punt. Lejn it-tmiem, Mellieħa kellhom it-trippli minn Polis u Ian Terribile però setgħu biss inaqqsu d-distakk u Hibs rebħu l-partita 57-46.

Mellieħa Mr. Green: C. Grixti 10, M. Farrugia 4, J. Muscat, S. Aquilina, R. Polis 12, R. Loporto 11, J. Stupka, J. Aquilina 2, E. Lupo 4, I. Terribile 3, N. Muscat, P. Magro.

Hibs: M. Giusti 6, M. Humpton, A. Baldacchino 2, L. Farrugia, S. Attard 9, G. Agius, K. Caruana 7, M. Roomets, K. Sultana, S. Vella 12, F. Mariani 21, D. Ross.

Referees: Emanuel Mangani, Luke Camilleri.

Athleta 49

Phoenix Frank Salt 57

(8-15)(8-8)(11-14)(20-22)

Phoenix Frank Salt kisbu rebħa mportanti fil-ġlieda għall-play-offs meta għelbu lill-Athleta 57-49 biex pattew għat-telfa li sofrew fl-ewwel round. Phoenix irkupraw lil Antoine Costa però kienu mingħajr Gary Micallef u Matthew Fenech fil-waqt li David Garcia għadu nieqes għall-Athleta. Kienu Phoenix li għamlu l-ewwel sitt punti tal-partita bl-Athleta jirrispondu b’ħames punti mingħajr risposta. Phoenix kellhom diversi punti ta’ Daniel Cuenca Grimaldos u għamlu run ta’ 9-2 biex temmew l-ewwel perjodu 15-8 minn fuq. Fit-tieni perjodu l-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat. Phoenix kellhom żewġ trippli minn Cuenca u Costa biex kabbru l-vantaġġ għal 13 –il punt. Athleta wieġbu bil-punti ta’ Matthew Gouder, Stefan Vincic u Steve Gouder però fl-intervall Phoenix baqgħu sebgħa minn fuq 23-16.

Fit-tielet sessjoni Phoenix kellhom trippla oħra ta’ Costa u l-punti ta’ Cuenca però Athleta wieġbu b’run ta’ 9-2 bi three pointer ta’ Vincic u naqqsu d-distakk għal 5 punti 27-32 hekk kif bdew jipressaw fid-difiża. Phoenix irrispondew b’5 punti ta’ Cuenca għal skor ta’ 37-27. Fl-aħħar sessjoni Phoenix reġgħu bdew tajjeb bi break ieħor ta’ 12-4 b’erba’ baskets ta’ Clayton Camenzuli. Athleta ma ċedewx u kienu huma li għamlu run ta’ 11-2 bi trippla oħra ta’ Vincic u punti ta’ Francesco Mifsud Bonnici u Gouder. Huma waslu sa’ 8 punti ‘l bogħod 42-50 però Phoenix wieġbu bil-punti ta’ Jonathan Ransley u Cuenca biex rebħu l-partita 57-49.

Athleta: W. Hopper 8, F. Mifsud Bonnici 8, D. Buhagiar,  M. Gauchi Montaldo 4, M. Gouder 13, M. Krastev, S. Vincic 14, S. Gouder 6, R. Bezzina.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi, D. Pisani 4, D. Debattista 2, C. Camenzuli 8, D. Cuenca 20, C. Briffa 4, A. Costa 8, J. Ransley 11, A. Toompere.

Referees: Luke Camilleri, Luis Abuin.

St. Nicholas Suns 68

Starlites 50

(15-11)(9-13)(26-13)(18-13)

St. Nicholas Suns għelbu lil Starlites ġimgħa qabel ma jaffrontaw lil Phoenix f’konfront dirett għall-post fil-play-offs. Il-partita kienet bilanċjata tant li sal-intervall kien hemm parita 24-24 però wara l-intervall Suns bil-mod bdew jinqatgħu mill-avversarji sakemm serrħu rashom mir-riżultat. Kienu Starlites li ħadu l-vantaġġ inizjali meta kellhom trippla minn Thomas Grech u baskets ta’ Miguel Falzon. Suns kellhom il-punti minn Lee Grech u Hubert Agius u fetħu vantaġġ ta’ 4 punti 15-11. Fit-tieni sessjoni Suns biddlu l-players u żiedu l-vantaġġ b’basket ta’ Keith Scicluna. Starlites wieġbu bi break ta’ 9-2 b’aktar punti minn Grech flimkien ma’ Joseph Agius. Suns kellhom żewġ baskets oħra minn Scicluna u Robert Camilleri però Starlites ġabu l-iskor indaqs sal-intervall 24-24.

Fit-tielet sessjoni kien hemm il-punti ta’ Starlites però Suns irrispondew bi break ta’ 10-0 b’punti minn Agius u Grech. Starlites kellhom diffikulta biex jiksbu l-punti u Suns approfittaw bi break ieħor ta’ 12-2 bil-punti ta’ Robert Mercieca u Louis Camilleri fost l-oħrajn. Suns temmew it-taqsima bil-punti ta’ Camilleri u Scicluna b’Flazon jirrispondi għal Starlites għal skor ta’ 50-37. Ir-raba’ perkjodu kien iktar missielet hekk kif wara bidu tajjeb minn Suns, Starlites kellhom break ta’ 11-3 b’punti ta’ Agius, Grech u Alec Felice Pace. Dawn però kienu l-aħħar punti tagħhom għaliex minn hemm ‘l quddiem kienu Suns biss li għamlu l-punti fi break ta’ 10-0 biex temmew il-partita 68-50.

St. Nicholas Suns: A. Pace, S. Borg, R. Camilleri 2, L. Grech 17, H. Agius 16, M. Barberi 2, K. Scicluna 15, R. Mercieca 4, S. Cauchi, L. Camilleri 12.

Starlites: T. Gatt, D. Massa 2, M. Falzon 15, A. Felice Pace 10, J. Agius 9, JP Borg, T. Grech 14.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Athleta 56

Hibs 71

(12-15)(25-19)(16-19)(3-18)

F’partita li kienet ġiet posposta mill-ewwel round, Hibs għelbu lill Athleta 71-56 għalkemm kellhom jistennew sal-aħħar taqsima biex għelbu l-isfida li offrew Athleta. Athleta issa jiddpendu mir-riżultat tal-aħħar partita kif ukoll dik bejn Phoenix u Suns biex jaraw jaslu sal-play-offs. Il-ftuħ tal-partita kien bilanċjat u wara three pointer fuq kull naħa, Athleta kellhom vantaġġ ta’ punt 8-7. Hibs wieġbu bil-punti ta’ Simon Attard u Kieron Caruana u għalkemm Athleta kellhom il-punti ta’ David Garcia, Hibs spiċċaw fuq quddiem 15-12. Fit-tieni perjodu, Hibs kellhom ammont ta’ turnovers li Athleta approfittaw minnhom. Madankollhu kienu Hibs fl-ewwel waqtiet żiedu  d-distakk bi trippla ta’ Attard u punti minn Fabrizio Mariani u Stefan Vella. Athleta rrispondew b’diversi punti ta’ Garcia flimkien ma’ Francesco Mifsud Bonnici u Matthew Gouder biex daħlu jistrieħu 37-34 minn fuq.

Wara l-intervall, Hibs kellhom il-punti ta’ Caruana però Athleta kellhom it-trippli mimm Stefan Vincic u Martin Krastev. Però għal Hibs, kien hemm mument mill-aqwa ta’ Caruana bi tlett three pointers  u s-sessjoni ntemmet f’parita 53-53. Fl-aħħar sessjoni, Hibs iddominaw u Athleta ma setgħux jagħmlu punti. Huma kellhom run ta’ 16-0 b’punti minn Mariani, Luke Farrugia u trippla oħra ta’ Caruana. Finalment Athleta kellhom risposta minn Vincic però kien tard wisq biex Hibs ħarġu rebbieħa 71-56.

Athleta: W. Hopper, F. Mifsud Bonnici 7, S. Gouder, D. Garcia 20, M. Gauchi Montaldo 1, R. Bezzina, M. Gouder 12, M. Krastev 5, S. Vincic 11, J. Wait.

Hibs: M. Formosa, M. Humpton, A. Baldacchino 4, L. Farrugia 8, S. Attard 9, G. Agius, K. Caruana 30, I. Mitrovic, R. Cortis, S. Vella 2, F. Mariani 18, D. Ross.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Hibs

9

9

0

18

621

469

Mellieħa Mr. Green

9

6

3

15

482

464

Phoenix Frank Salt

9

4

5

13

494

492

St. Nicholas Suns

9

4

5

13

502

485

Athleta

9

4

5

13

546

515

Starlites

9

0

9

9

440

660

 





Leave a comment