L-aħħar ġurnata qabel il-play-offs

Friday, March 20, 2015, 14:09

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 58

Pavi Depiro 60

(18-8)(16-9)(16-19)(8-24)

Pavi Depiro għelbu lic-champions Caffè Moak Luxol b’basket

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

fl-aħħar sekonda minn Samantha Brincat 60-58. Il-partita serviet biss biex iż-żewġ timijiet jirtukkaw l-aħħar preparamenti qabel ma issa jibda l-isprint finali għar-rebħ tal-kampjonat. Fil-fatt iż-żewġ coaches għamlu użu mill-players kollha li kellhom u serrħu wkoll players importanti hekk kif jumejn oħra jaffrontaw semi-finali tal-play-offs. Depiro bdew il-partita bl-ewwel ħames punti bil-Luxol jirrispondu bi tlettax –il punt mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Steffi De Martino. Luxol komplew jikkontrollaw biex temmew is-sessjoni 10 minn fuq 18-8. Luxol komplew iżidu l-vantaġġ fit-tieni sessjoni bi break ieħor ta’ 12-2 u fis-seba’ minuta kienu 20 minn fuq 30-10. Depiro wieġbu bil-punti ta’ Siarre Evans però Luxol daħlu jistrieħu b’vantaġġ doppju 34-17.

Depiro bdew aħjar fit-tieni sessjoni meta kellhom run ta’ 11-4 bi trippla ta’ Nicole Agius u punti ta’ Evans u Gaby Mifsud. Luxol kellhom il-punti ta’ De Martino u Sarah Pace u wara li sofrew trippla minn Mifsud, wieġbu bi break ta’ 7-0 u kienu għadhom 14 minn fuq 50-36. Fl-aħħar taqsima, l-andament tal-partita nbidel u Depiro bdew bi break ta’ 11-0 bil-punti ta’ Evans u Brincat u naqqsu d-distakk għal 3 punti 47-50. Ir-risposta ta’ Luxol ġiet minn Laekitha Alston u trippla ta’ Beverelee Zammit però Depiro kellhom żewġ three pointers minn Martina Mifsud u Brincat. Depiro ġabu l-iskor indaqs fid-disa’ minuta u ż-żewġ timijiet kellhom basket ieħor qabel ma Brincat għamlet il-basket tar-rebħa erba’ sekondi mit-tmiem biex Depiro rebħu l-partita 60-58.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 7, B. Zammit 3, M. Caruana, I. Baena, S. Tabone, S. De Martino 16, O. Visser, J. Borg Cardona 5, P. Ellul, L. Alston 23, M. Darmanin 4, C. Curmi.

Pavi Depiro: A. Mifsud 1, G. Mifsud 8, M. Balzaraviute 1, S. Brincat 17, M. Bonett, N. Agius 5, M. Mifsud 3, M. Scicluna, S. Evans 20, P. Montanaro, S. Micallef 5, C. Ciantar.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Hibs Medsea 69

DHL Phoenix 26

(19-6)(17-9)(21-0)(12-11)

Fil-partita li temmet l-ewwel fażi, Hibs Medsea għelbu lil DHL Phoenix 69-26 minkejja n-nuqqas ta’ players bħal Elena Cassar u Jovana Karakesevic. Hibs issa jiltaqgħu ma’ Luxol fis-semi-finali tal-play-offs u s-semifinali l-oħra se tkun bejn Depiro u Athleta.  Hibs bdew il-partita bl-ewwel 10 punti fejn kellhom ukoll trippli minn Christina Grima u Ema Micallef. Wara baskets minn Lisa Pace għal Phoenix, Hibs komplew bi trippla oħra minn Micallef u punti minn Caroline Schiavone u Silvia Gambino biex temmew is-sessjoni 19-6 minn fuq. Fit-tieni perjodu, wara punti minn Jean Doughty għal Phoenix, Hibs kellhom run oħra ta’ 10-0 li bdewha bi trippla ta’ Gambino. Fl-intervall Hibs kienu 36-15 minn fuq.

Fit-tielet perjodu kienu biss Hibs li għamlu l-punti fosthom ta’ Nadia Mifsud, Grima u Ema Micallef hekk kif Phoenix ma rnexxielhomx isibu l-basket. Ir-raba’ sessjoni fetħet bi trippla għal Phoenix minn Doughty bil-Hibs iwieġbu b’seba’ punti ta’ Grima li wkoll kellha three pointer. Phoenix kellhom sitt punti konsekuttivi minn Guliana Torpiano, Doughty u Martha Gatt. L-aħħar punti tal-partita ġew minn trippla oħra ta’ Micallef biex Hibs rebħu l-partita 69-26.

Hibs: E. Micallef 20, S. Gambino 9, J. Xuereb, C. Schiavone 5, C. Grima 23, K. Portainer Mifsud 4, N. Mifsud 5, N. Farrugia 3, J. Scerri.

DHL Phoenix: Y. Agius, L. Pace 6, J. Doughty 8, M. Gatt 6,  G. Torpiano 5, S. Davies 2, A. Demanuele.

Referees: Jennifer Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa FINALI

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Caffe Moak Luxol

12

10

2

22

719

582

Pavi Depiro

12

8

4

20

761

640

Honey Athleta

12

6

6

18

737

628

Hibs

12

6

6

18

724

648

DHL Phoenix

12

0

12

12

377

820

Ritratti: MPC Photography: https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

Programm tal-play-offs:

22-03-2015 – 11:15 – Pavi Depiro vs Honey Athleta

22-03-2015 – 14:45 – Caffè Moak Luxol vs Hibs Medsea

29-03-2015 – 11:15 – Honey Athleta vs Pavi Depiro

29-03-2015 – 14:45 – Hibs Medsea vs Caffè Moak Luxol

07-04-2015 – 18:15 – Pavi Depiro vs Honey Athleta

07-04-2015 – 20:00 – Caffè Moak Luxol vs Hibs Medsea





Leave a comment