L-aħħar ġurnata qabel il-play-offs

Tuesday, April 9, 2019, 21:52

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Bupa Luxol 65

Hibernians 84

(17-20)(23-23)(13-24)(12-17)

L-akbar attenzjoni f’din il-partita ma marritx fuq ir-riżultat finali li ra lil Hibs jaċċertaw ruħhom mill-ewwel post tal-klassifika iżda fuq il-coach ta’ Luxol John Tabone li kien qiegħed itemm karriera ta’ 40 sena bħala coach ta’ dan it-team. 40 sena li raw lil Tabone bħala coach ta’ Luxol għall-1000 logħba uffiċjali. Ma’ dawn jiżdiedu wkoll il-partiti bħala coach nazzjonali fejn kien hu l-coach tat-team nazzjonali li rebaħ l-ewwel midalja fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fl-1985. Imdawrin miegħu kien hemm il-familja kollha flimkien ma’ uħud mil-players li kitbu paġni tad-deheb fl-istorja tal-Luxol bħal Ivan Attard, Rueben Dalli u Robert Azzopardi u l-President attwali tal-club Edgar Caruana Montaldo. Intant, fil-partita kienu Hibs li bdew fuq quddiem u three pointer ta’ Alvaro Lizaur u punti ta’ Luca Tardito poġġewhom 9-6 minn fuq. Luxol kellhom il-punti minn Vukassin Jandric però run ta’ 9-0 minn Hibs rathom itemmu l-ewwel sessjoni 20-17 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Luxol marru fuq quddiem wara punti minn Jean Paul Schembri u trippla ta’ William Ahlberg. Hibs wieġbu permezz ta’ Ivan Demcesen però break qasir ta’ 9-3 minn Jandric u Dirk Schembri ħalla lil Luxol fuq quddiem. Hawn però Hibs kellhom run oħra ta’ 9-0 bi trippla ta’ Roderick Vella biex daħlu jistrieħu 43-40 minn fuq.

Wara l-intervall kienu Hibs li bdew l-aħjar u bil-mod bdew jibnu vantaġġ aktar komdu. Trippla ta’ Luke Farrugia flimkien mal-punti ta’ Chad Cuschieri Patus u Tardito rathom jiftħu vantaġġ t’10 punti 55-45. Luxol reġgħu ġew lura permezz ta’ żewġ trippli ta’ Ahlberg u punti ta’ Jandric iżda kienu Hibs li għamlu l-aħħar 8 punti tat-taqsima għal skor ta’ 67-53. Fl-aħħar sessjoni kien hemm ċans għal diversi players żgħażagħ fuq il-court bil-Hibs jissiġillaw ir-rebħa b’run oħra ta’ 13-2 minn Demcesen u Lizaur li kellhu wkoll trippla. L-aħħar punti ta’ Luxol waslu minn idejn iż-żagħżugħ Philip Englebert biex Hibs ħarġu rebbieħa 84-65.

Bupa Luxol: V. Jandric 35, P. Englebert 6, L. Caruana Montaldo, JP Schembri 5, W. Ahlberg 9, D. Schembri 4, M. Mercieca 6, S. Cappello.

 

Hibs: R. Vella 3, M. Attard, K. Sultana, L. Farrugia 3, M. Formosa, I. Bonett 4, L. Tardito 16, A. Axiaq 12, M. Matijevic 4, A. Lizaur 13, I. Demcesen 28, C. Cuschieri Patus 11.

Referees: Malek Hraisha, Tuomas Mantere, Kamil Dworniczak.

Floriana MCP Car Parks 116

Depiro 82

(33-20)(26-18)(22-27)(35-17)

Floriana MCP Car Parks għalqu l-impenji tagħhom fl-ewwel fażi b’rebħa

Ritratt: Wally Galea

fuq Depiro 116-82 u issa jippreparaw għas-semi-finali tal-play-offs tagħhom kontra Hibernians. Depiro kienu fl-aħħar partita tagħhom dan l-istaġun u bit-tluq ta’ Trent Steen u Keshaun Hamilton il-coach Julian Naudi ta ħin fuq il-court lil diversi żgħażagħ tal-club hekk kif kienu nieqsa wkoll Omar Said u Malcolm Mallia. Floriana tilfu lil David Bugeja kmieni fil-partita u rridu naraw jekk jilħaqx jirkupra sas-semifinali ta’ nhar L-Erbgħa. Floriana ħadu l-ewwel vantaġġ wara punti ta’ Ian Thiesen u żewġ trippli ta’ Kieron Caruana. Depiro wieġbu permezz ta’ Jack Nygaard, Adam Chomo u Daniel Farrugia biex għamlu l-iskor indaqs 16-16. Floriana reġgħu marru fuq quddiem permezz ta’ Caruana u Gael Hulsen u  komplew b’run ta’ 13-2 li rathom jagħlqu s-sessjoni 33-20 minn fuq. Fit-tieni taqsima kien hemm il-punti ta’ Kevin Liivamagi u Caruana għal Floriana qabel ma Depiro wieġbu permezz ta’ Chomo u trippla ta’ Nygaard biex naqqsu d-distakk għal 8 punti 31-39. Hawn kien hawn run oħra ta’ 14-2 minn Floriana fosthom trippla ta’ Liivamagi u punti ta’ Kurt Xuereb u David Agius biex daħlu jistrieħu 59-38 minn fuq.

Ft-tielet sessjoni kienu Depiro li kellhom l-aħjar bidu b’run ta’ 10-2 fosthom żewġ trippli ta’ Nygaard. Floriana però malajr irrispondew bi break ta’ 16-2 għal skor ta’ 77-50 iżda ħames three pointers minn Depiro  li waslu minn idejn Nicholas Grech, Chomo u Nygaard naqqsu d-distakk fi tmiem it-taqsima 65-81. L-aħħar taqsima rat lil Floriana jagħqqdu l-mitt punt permezz ta’ basket ta’ Ignacio Arias flimkien ma’ żewġ three pointers minn Thiesen u l-istess Arias. Floriana għalqu l-partita b’run ta’ 13-4 biex finalment kisbu r-rebħa fuq skor ta’ 116-82.

Floriana MCP Car Parks: S. Pace 5, D. Bugeja, S. Borg, K. Caruana 28, K. Liivamangi 14, I. Arias 13, I. Thiesen 22, K. Xuereb 11, G. Hulsen 13, D. Agius 10.

 

Depiro: J. Attard, D. Farrugia 8, M. Mallia 2, N. Grech 15,  M. Brincat, M. Borg 5, J. Nygaard 25, A. Chomo 27, A. Attard.

Referees: Bernard Vassallo, Christine Xuereb, Kamil Dworniczak.

Satrlites GIG 97

Balkan Fusion 56

(30-15)(24-7)(16-16)(27-18)

Il-partita li għalqet l-ewwel fażi tal-kampjonat rat lil Starlites jegħlbu lil Balkan Fusion 97-56 f’partita li serviet bħala sessjoni ta’ taħriġ għal Paul Ferrante jiem qabel il-battalja kontra Gżira Athleta fis-semi-finali fejn fil-fatt kull player niżżel ismu fost l-iskorers. Balkan temmew l-ewwel esperjenza tagħhom fl-ewwel diviżjoni mingħajr rebħa u wieħed jittama li l-affarijiet għalijhom jitranġaw fix-xhur li ġejjin. Starlites fetħu fuq l-offensiva u kif mistenni mal-ewwel ħadu vantaġġ permezz ta’ three pointers minn William Darley, Robert Bonnici u Nick Formosa. Balkan kellhom risposta permezz ta’ Nikola Bozovic u Anthony Schembri qabel ma’ Starlites għamlu run oħra ta’ 11-0 bi three pointers ta’ Bonnici u Matthew Scerri għal skor ta’ 30-15. Fit-tieni taqsima Balkan bdew b’basket ta’ Schembri trippla ta’ Nebosja Komienic. Starlites kellhom run qawwija ta’ 22-2 fosthom trippli minn Darley, Ryan Carabott u Formosa u baskets ta’ Jordan Stotts u Cameron Ward u daħlu jistrieħu 54-22 minn fuq.

It-tielet taqsima kienet l-aktar waħda bilanċjata tant li spiċċat f’parita ta’ 16-16 fejn Balkan bdew bi break qasir ta’ 9-4  għalkemm kienu għadhom 31-58 minn taħt. Starlites wieġbu permezz tal-punti ta’ Ward, Miguel Falzon u  trippla ta’ Stotts għal skor ta’ 70-38. L-aħħar perjodu kien biss formalita hekk kif Starlites bdew b’seba’ punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Alec Felice Pace u komplew b’run ta’ 14-3 però ma rnexxielhomx jagħqqdu l-mitt punt u ħarġu rebbieħa 97-56.

Starlites Gig: A. Felice Pace 3, N. Formosa 15, R. Bonnici 11, I. Felice Pace 2, C. Ward 18, M. Falzon 2, M. Scerri 11, R. Carabott 7, W. Darley 15,  J. Scotts 13.

Balkan Fusion: N. Bozovic 18, A. Schembri 12, M. Gauchi Montaldo 7, S. Todorovic 5, N. Komienic 12, N. Kovacevic 2.

Referees: Bernard Vassallo, Ivica Simic, Daniella Torok

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel FINALI

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Hibernians

12

10

2

22

1062

876

Starlites GIG

12

9

3

21

1143

965

Gżira Athleta

12

9

3

21

1037

901

Floriana MCP Car Parks

12

7

5

19

940

908

Bupa Luxol

12

4

8

16

987

995

Depiro

12

3

9

15

953

1013

Balkan Fusion

12

0

12

10

608

1062

 

Programm tal-Play-offs:

 

Semi-Final Series – best of three

10th April –  8pm: Hibs vs Floriana MCP Car Parks (SF 1)

11th April – 6.15pm: Gzira Athleta vs Starlites GIG (SF 1)

14th April – 12.45pm: Starlites GIG vs Gzira Athleta (SF 2)

14th April – 4.15pm: Floriana MCP Car Parks vs Hibs (SF 2)

18th April – 6.15pm: Hibs vs Floriana MCP Car Parks (SF 3)

18th April – 8.00pm: Gzira Athleta vs Starlites GIG (SG 3)

 

Finals Series – best of five

25th April – 7.30pm: Finals Game 1

28th April – 4.15pm: Finals Game 2

1st May – 4.15pm: Finals Game 3

5th May – 4.15pm: Finals Game 4 – if needed

8th May – 7.30pm: Finals Game 5 – if needed

 





Leave a comment