L-aħħar aġġornament minn Zagreb, Mamo għadu mhux 100%

Tuesday, November 16, 2010, 12:26

minn Christian Muscat.

It-Team Nazzjonali Malti tal-footbol għada jkun impenjat f’ logħba oħra ta’ kwalifikazzjoni minn Grupp F għall-Ewro 2012 li se ssir fil-Polonja u fl-Ukrajna.

Luca Pagani ma' Edward Herrera favorit li jibda mal-formazzjoni inizzjali

Luca Pagani ma' Edward Herrera favorit li jibda mal-formazzjoni inizzjali

Malta bħalissa tinsab fl-aħħar post tal-klassifika ta’ dan il-grupp li jinkludi wkoll lill-Greċja, il-Kroazja, Georgia, l-Iżrael u l-Latvia, fejn m’għandna l-ebda punt minn tlett logħbiet.

Dalgħodu dan is-sit ħa l-kummenti ta’  Mark Muscat, uffiċjal tal-media tat-team nazzjonali Malti direttament mill-Kroazja fejn ta l-aħħar dettalji rigward it-team nazzjonali li se jkun impenjat għada fil-5.3opm kontra l-Kroazja fil-Maksimir Stadium ġewwa l-Kapitali Kroata Zagreb.

Mark Muscat f’kollegament minn Zagreb





Leave a comment