L-aħħar 50 metru kienu l-itwal ta’ ħajti – Andrew Chetcuti

Wednesday, June 1, 2011, 7:48
Andrew Chetcuti bl-ewwel midalja tal-Fidda fl-Għawm

Andrew Chetcuti bl-ewwel midalja tal-Fidda fl-Għawm

 Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports.

Ir-rebbieħ tal-Midalja tal-Fidda Andrew Chetcuti f’kummenti li ta wara l-Finali fuq il-mikrofonu ta’ Melita Sports wara li rebaħ il-Fidda qal li biex ikun onest qatt ma basar li se jkun ma’ l-ewwel tlett għawwiema sal-aħħar 50 metru imma meta rrealizza dan hu beda jistinka iktar.

Ferħan bil-midalja m’għonqu hu qal “L-aħħar 50 metru fil-pixxina kienu l-itwal 50 metru f’ħajti, veru sorpriża, imma ngħidilkom li vera ħdmint għal dan it-tragward fl-aħħar sentejn f’din id-dixxiplina tal-mitt metru Free”

Chetcuti li jgħix f’Dubai iddeddika din il-midalja tal-Fidda lil ġenituri tiegħu li jwassluħ kuljum għat-taħriġ u anke lill-għawwiema sħabu fi ħdan team Malta tal-għawm. Hu rringrazzja lil-coach personali tiegħi u anke lil coach Nazzjonali Malti Colbourn.





Leave a comment