KYLE CAMILLERI JKOMPLI JIDDOMINA L-KAMPJONAT ASMK HONDA MOTOCROSS 2017/18

Wednesday, January 24, 2018, 10:51

Nhar il-Ħadd 28 ta’ Jannar 2018, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bis-sitt attività mill-Kampjonat Autocross ASMK Pasta Poiatti 2017/2018. Il-program jibda 12:00pm fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f’Ta’ Qali.

Ħarsa lejn il-klassifika ġenerali wara l-ħames attvità, fil-Klassi Autocross Modified Karl Micallef fuq Ford Fiesta jillidja l-klassifika tal-Kampjonat Nazzjonali Autocross. Dan huwa  segwit minn Noel Zammit fuq Fiat Punti u Jean Paul Grech fuq Peugeot 106. Fil-Klassi Autocross Standard, Nicovich Chircop fuq Peugeot 106 jillidja din il-klassi segwit minn Johann Vella fuq Opel Nova u Deane Farrguia fuq Citroen AX.

Fil-klassi Autocross Modified A, Noel Zammit fuq Fiat Punto qed jillidja segwit minn Jean Paul Grech fuq Peugeot 106 u Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo. Fi Klassi Modified B Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta qed jillidja segwit minn Keith Borg u Andrew Pisani it-tnejn fuq Vauxhall Nova.

Intant nhar il-Ħadd 21 ta’ Jannar 2018 tkompla l-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2017/2018 fejn ġiet organizzata r-raba attivita tal-istaġun. B’kollox għal din l-attivita irreġistraw 24 mutur maqsuma fi tliet klassijiet.

Fi Klassi A Motocross rajna lil Paul Muscat fuq mutur KTM jiddomina is-sezzjoni ta kwalifikazjoni segwit minn Clayton Camilleri fuq mutur KTM u lill Stefan Dimech fuq mutur Honda. Intant matul iż-żewġ Heats tal-ġurnata rajna lill-aħwa Camilleri Kyle u Clayton it-tnejn fuq muturi KTM jiddominaw il-ġurnata fejn kellhom riżultat ta’ parita bi Clayton kellu rebħa fl-ewwel Heat filwaqt li fit-tieni Heat spiċċa it-tieni. Kyle kellu it-tieni post fl-Ewwel Heat u rebħa fit-tieni Heat. Għaldaqstant, bir-regoli tal-Motocross fejn f’każ ta’ parita tal-punti l-Podium jirbħu dak li jġib l-aħjar rizultat fl-aħħar Heat tal-ġurnata. Dan jirrizulta li Kyle jiġi ddikjarat ir-rebbieħ segwit min ħuħ Clayton. Fit-tielet post spiċċa Muscat filwaqt li fir-raba post daħal Dimech.

Fi Klassi B rajna lil James Zahra fuq mutur Sherco ikompli jiddomina din il-klassi fejn matul din il-ġurnata rrenxilu jirbaħ il-kwalifikazzjoni flimkien maż-żewġ Heats tal-ġurnata biex b’hekk irreġistra ir-raba rebħa f’din il-klassi matul dan l-istaġun. Zahra kien segwit min Bernard Sammut fuq Beta filwaqt li fit-tielet post spiċċa Daniel Inguanez fuq mutur Honda. Fir-raba’ post daħal Michael Sant fuq mutur Honda.

Fil-Klassi Veterani rajna lil Paul Deguara fuq mutur KTM ikompli jiddomina din il-klassi. Għal darb’oħra Deguara rebaħ il-Heats kollha tal-ġurnata biex b’hekk irreġistra ir-raba’ rebħa f’dan l-istaġun. Deguara kien segwit min Jetro Sant fuq mutur Yamaha filwaqt li fit-tielet u fir-raba post spiċċaw Daniel Bonnici u Andrew Cassar rispettivament it-tnejn fuq muturi KTM.

L-Assoċjazzjoni għal darb’oħra bdiet il-preparamenti għal Demolition oħra li mistennija ssir nhar il-Ħadd 18 ta’ Marzu 2018. Il-Kumitat Ezekuttiv qed javża li din id-darba id-Demolition ser tilqa’ fiha l-karozzi kollha mhux kummerċjali ta’ daqs li ma jaqbzux l-erba’ metri (13 il-pied). Il-Kumitat javża wkoll li hemm tibdil fir-regolamenti u għalhekk se ssir laqgħa biex kulħadd ikun konformi ma’ dawn ir-regoli. Il-laqgħa se ssir nhar il-Ħamis 15 ta’ Frar 2018 fis-sala tal-Kunsill Lokali tal-Imtarfa fit-8:00pm. Dakinhar wieħed jista’ jirreġistra l-parteċipazzjoni tiegħu f’din it-tiġrija.

Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġni ta’ Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email info@asmk.org.mt

Ritratt ta’ Mario Micallef





Leave a comment