- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Kwarti tal-finali tal-Yamaha Gozo Motocross Championship

Posted By Sportinmalta On March 13, 2018 @ 3:15 pm In Featured,Motorsport | No Comments

Il-Gozo Motorcross Association organizzat il-kwarti tal-finali tal-Yamaha Gozo Motocross Championship 2018 bil-parteċipazzjoni ta’ 16-il sewwieq, Għawdxin kif ukoll Maltin. It-tlielaq kienu kompetittivi hekk kif rajna il-kompetituri jissieltu għall-ewwel tliet postijiet. Il-kompetizzjonijiet bdew fis-1pm, segwiti minn numru kbir ta’ spettaturi li għażlu li qattgħu l-ħin tagħhom f’ Ta’ Xħajma jissapportjaw lil dawn is-sewwieqa u dan l-isport  tant maħbub.

Bħas-soltu kien hemm tliet klassijiet. Fi klassi A , is-sewwieq Steve Xuereb daħal fl-ewwel post segwit minn David Dimech. Warajhom daħal Robert Spiteri. Filwaqt li nġabru l-punti għall-kampjonat, issa naraw li fi Klassi A, Xuereb jinsab fil-quċċata ta’ din il-klassi segwit minn Etienne Bigeni.

Fil-kategorija B Nataniel Camilleri akkwista l-punti massimi u wkoll jinsab fil-quċċata ta’ klassi B, filwaqt li Jorn Stellini daħal fit-tieni post. Il-veteran Malti Lewis Debono spiċċa fit-tielet post.

Fi klassi Ċ, is-sewwieq ġdid Glenn Vella ħa punti massimi. Warajh daħal Matthew Buttigieg. Anthony Fenech u Matthew Spiteri ġabu l-istess ammont ta punti. Għaldaqstant, skont ir-regolamenti tal-GMA, dak is-sewwieq li jirbaħ l-ewwel ‘heat’ għandu d-dritt għall-premju.

Fl-aħħar tal-ġurnata is-sewwieqa rebbieħa ingħataw trofew kull wieħed. Il-president tal-għaqda, Frank Xuereb irringrazzja lill dawk kollha li b’xi mod jew ieħor apprezzaw il-ħidma sfieqa tal-kumitat biex dan il-kampjonat ikun wieħed ta suċċess. Huwa avża li ser tigi organizzata FunRace oħra fit-trekk ta’ Xħajma nhar Hadd il-Għid, l-1 t’April 2018. Din l-attivita’ tilħaq il-milja tagħha fil-kompetizzjoni bil-muturi ta’ ċilindrata 125. Għalhek huwa ħeġġeġ lill dawk kollha li għandhom muturi 125cc biex jirreġistraw u jipparteċipaw f’dawn il-kompetizzjonjijiet. Ir-rebbieħa se jieħdu magħhom oġġetti relatati mal-muturi motocross.

Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jżur il-paġna ta’ facebook fuq – https://www.facebook.com/gmagozo/?fref=ts

Ritratti ta’ Alain Salvary u Charlie Buttigieg


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/kwarti-tal-finali-tal-yamaha-gozo-motocross-championship/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.