- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Kurt Cassar jattendi l-NBA/FIBA Basketball Without Borders

Posted By Sportinmalta On September 24, 2016 @ 3:11 pm In Basketball,Featured | No Comments

Gavin Muscat

Kurt Cassar, il-player tal-Basketball Malti eks Hibernians Basketball u issa f’Ruma ma’ Stella Azzurra Roma kien magħżul sabiex jieħu sehem f’Camp Internazzjonali mtella’ mill-NBA u l-FIBA bl-isem ta’ Basketball Without Borders li sar f’Helsinki fil-Fillandja.

Il-Basketball Camp sar bejn l-Erbgħa 7 ta’ Settembru 2016 u s-Sibt 10 ta’ Settembru 2016. Fil-camp kien hemm 41 player ewropew li twieldu fis-sena 1999.

It-taħriġ kien maqsum skont il-pożizzjoni li jilagħbu dawn iż-żgħażagħ. It-taħriġ kompla tul il-ħamest ijiem tal-camp immexxi minn kowċis tal-NBA fosthom Lionel Hollins eks Brooklyn Nets u l-eks kowċ tal-Olympiacos il-Grieg Panagiottis Giannakis, l-eks player NBA Ronny Turiaf u players attwali li jilaghbu fl-NBA Andre Miller ta’ San Antonio Spurs u Cole Aldrich ta’ Minnesota Timberwolves. Diversi aġenti kienu preżenti sabiex jaraw dawn it-talenti taż-żgħażagħ ewropew ġewwa l-Fillandja. Il-camp ingħalaq b’logħba All Stars magħmula mill-aqwa 16-il plajer tal-camp. Fil-fatt, Kurt Cassar kien magħżul għal din il-logħba All Star.

F’kumment li tana Cassar kien hekk; ‘Esperjenza kbira li tiltaqa’ ma’ players tamparek ta’ madwar l-ewropa kollha u mal-kowcis u plajers stabbiliti fl-NBA u Ewropej. Issa nħares lejn staġun ieħor iebes imma interessanti fl-Italja għax se nilgħab ukoll fil-Kampjonat Serie B, fil-Kampjonati Taħt it-18-il sena u Taħt l-20 sena. Grazzi tmur lejn il-Federazzjoni tal-Basketball Maltija MBA, il-familja tiegħi u dawk kollha li ngħix magħhom ġewwa Stella Azzurra Roma.’

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Kurt Cassar(xellug) u Andre Miller(lemin)

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

Cole Aldrich(xellug) u Kurt Cassar(lemin)

————————————————————————————————————————————————————-

Lionel Hollins(xellug) u Kurt Cassar(lemin)

————————————————————————————————————————————————————-

Kurt Cassar(xellug) u Ronny Turiaf(lemin)

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/kurt-cassar-jattendi-l-nbafiba-basketball-without-borders-2/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.