Kurt Cassar fl-ewwel staġun fil-Kampjonat tas-Serie B Taljan

Sunday, November 27, 2016, 18:24

Gavin Muscat

Il-plejer tal-Basketball Malti Kurt Cassar, eks-Hibernians, illum ma’ Stella Azzurra Roma jinsab fit-tielet staġun tieghu fil-kapitali Taljana. F’dan l-istaġun iddebutta mat-tim tiegħu Stella Azzurra Roma fil-Kampjonat tas-Serie B fl-Italja.

It-tim ta’ Stella Azzurra Roma jikkompeti f’din id-divizjoni b’tim żagħżugħ għall-aħħar fosthom il-plejer Malti Kurt Cassar li għandu 17-il sena. S’issa lagħbu 8 loghbiet, fejn kisbu żewġ rebħiet fuq Vis Nova Roma u fuq it-tim Sqalli Patti u tilfu sitt logħbiet. Stella Azzurra jinsabu fit-12-il post minn 16-il tim.

Ħadna kummenti mingħand Kurt dwar kif qed jiżvolġi l-kampjonat tas-Serie B u l-prestazzjoni tiegħu fl-istess kampjonat. Mit-8 logħbiet li lgħabna ħadt sehem f’7 logħbiet. Ma’ kull logħba qed inżid aktar ħin u nikseb aktar esperjenza f’dan il-livell. Dan hu kampjonat ewlieni fl-Italja għall-plejers Taljani u l-għan tal-kowċ tagħna hu li nitjiebu ma’ kull logħba. Sa issa irbaħna żewġ logħbiet home u rridu nitjiebu fil-logħob tagħna barra minn darna għax qed insibu timijiet b’saħħiethom, ippreparati u b’esperjenza f’dan il-livell tas-serie B. Il-partita li jmisshom hija ġewwa Sqallija kontra Cefalu.

Intant Kurt għaddielna kumment dwar it-taħriġ tiegħu ta’ matul il-ġimgħa. Filgħodu naħdmu ħafna fuq is-saħħa u l-fiżika filwaqt li filgħaxija nippreparaw ħafna għal-logħob li jkun ġej. Mhux faċli titrenja kuljum, l-għejja tidħol ukoll imma nipprovaw nitjiebu ma’ kull ġurnata.

Kurt Cassar jikkompeti wkoll ma’ Stella Azzurra Roma fil-Kampjonat ta’ Taħt it-18-il sena.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Kurt Cassar(abjad)

————————————————————————————————————————————————————-

Kurt Cassar(ċentru-bilwieqfa)

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-





Leave a comment