Kumitat ġdid għal Żejtun Corinthians

Monday, June 11, 2012, 9:00

Il-Gimgha, 8 ta’ Gunju 2012 fis-7.30 pm fis-sala tal-premises taz-Zejtun Corinthians FC saret il-Laqgha Generali Annwali.  Fuq l-agenda fost l-approvazzjoni tar-rapporti kien hemm ukoll il-hatra ta’ kumitat gdid.  L-ufficjali tal-club ma kinux kontestati u saret elezzjoni ghall-hatra ta’ tnax –il membru iehor fil-kumitat.  Ghaldaqstant il-kumitat ghall-istagun 2012/2013 huwa kif gej: -

President – Sean Abela

Segretarju – Carmelo Abela MP

Kaxxier – Mario Mifsud

Membri Ordinarji – Horace Camilleri, Noel Caruana, Albert Cumbo, Angelo Curmi, Richard Curmi, Benny Desira, Mario Duca, Mario Ellul, Moses Mercieca, Shalom Mercieca, Kevin Mifsud, u Leonard Underwood.

Il-hatra tal-membri ordinarji fil-kumitat hija ghal sena filwaqt li dik tal-ufficjali hija ghal tlett snin.  Dan wara li dahlu fis-sehh l-emendi li kienu saru fl-istatut fil-Laqgha Generali Annwali fis-sena 2011.

Il-kumitat jixtieq jirringrazzja lill-membri u supporters li attendew u ppartecipaw fil-Laqgha Generali Annwali.  Jirringrazzja wkoll tal-fiducja li wrew f’dawk kollha li gew eletti u jirringrazzja wkoll lil kontestant l-iehor li ha sehem fl-elezzjoni.

 

 

 





Leave a comment