‘Kull min iħobb il-Klabb għandu jagħmel dmiru u jidħol membru’ – Pierre Apap Viċi segretarju Qormi FC
Friday, October 12, 2012, 12:00Il-Klabb tal-Premier Qormi FC qed iniedi kampanja ta’ abbonamenti għall-istaġun 2012-2013.
L-Ispejjeż involuti sabiex iżomm Klabb fil-Premier huma kbar u dawn iridu jkunu koperti minn dħul ta’ sponsors,fund raising u abbonamenti tas-supporters.
Ta’ min ifakkar li fl-aħħar erba’ snin li l-klabb ilu Premier , it-tim lagħab darbtejn fil-final tal-Ubet FA Trophy u rnexxilu jżomm postu fl-għola diviżjoni.
Il-Klabb Qormi FC qed jimpenja ruħu sabiex matul din is-sena jkabbar in-numru ta’ membri li jħallsu l-menswalita’ tagħħhom fil-klabb.Kull min iħobb il-Klabb għandu jagħmel dmiru u jidħol membru.Apparti li tkun qed tgħin lil klabb sabiex ikopri parti mill-ispejjeż ,dan jgħati d-dritt lil kull membru sabiex jattendi għal-laqgħat u jivvota waqt il-laqgħa ġenerali.
Kull min jixtieq li jidħol membru kull m’għandu jagħmel huwa li jikkuntattja xi membru tal-kumitat , jew membri tal-kumitat , jew membri tas-Supporters Club li jkunu l-kumpless Sportiv fi Triq Valletta , kuljum.Tistgħu tagħmlu kuntatt ukoll permezz tat-telefon 27482310 jew posta elettronika qormifc@onvol.net









tista tajdilna kem hi il menswalita ax jin smajt li hamsin ewro tiswa ,jek hu veru kwazi daqs tal juventus tiswa e
[Reply]