Korsa teknika ghaċ-ċiklisti ġewwa il-Wardija

Thursday, March 9, 2017, 17:55

Kienet korsa teknika u delikata li il-Malta Mountain Bike Association  ħejjiet għall-ewwel tellieqa mis-serje Downhill National Points Series li fiha ħadu sehem il-fuq min tletin ċiklista ġewwa il-Wardija nhar is-Sibt li għadda.

Il-korsa kumplessa u teknika rat l-inklużjoni ta’ karatteristiċi mtejba  u miżjuda fuq is-sena l-ohra u li kienu jikkonsistu minn serje ta’ qbiż, dawriet f’daqqa u niżliet weqfin sabiex jipprovdu ambjent perfett, b’ritmu mgħaġġel u azzjoni mimlija adrenalina. In-nuqqas ta’ xita rat il-korza b’kemmxejn trab li rat ftit miċ-ċiklisti jiżloqu iżda jirkupraw ir-ritmu mill-ewwel sabiex ikomplu l-korsa mħejjija.

It-tellieqa bdiet b’żewġ dawriet ta’kwalifikazzjoni, b’kull ċiklista jitilqu b’interval ta’ hmistax il-sekonda bejniethom. L-aħjar ħin miġjub minn kull ċiklist gie magħżul awtomatikament u punti ġew mogħtija lejn il-kampjonat globali. Dan il-ħin wkoll iddetermina il-posizzjoni taċ-ċiklisti fit-tellieqa.

Iċ-ċiklisti ġew imqasma f’kategoriji  Elite, Open (Irġiel), Masters (Irġiel) u Nisa. Sfortunatament f’din l-aħħar kategorija kien hemm biss parteċipanta wieħda, Gabriela Veneziani. Veneziani giet trasferita għall-kateogrija Open peress li l’ammont minimu meħtieġ ta ‘ħames atleti li jikkostitwixxu il-kategorija uffiċjali ma kienux preżenti. Veneziani tat prestazzjoni rispettabbli ħafna fil-tellieqa dominata mill-irġiel.

Fil- Kategorija Elite Matthew Gauci spikka meta hu rreġistra l-aqwa hin tal-ġurnata meta temm il-korsa f’hin ta fl-59 sekonda 26. Hu kien segwit minn Ryan Darmanin u Wayne Schembri li qarbuħ fil-ħinijiet tagħhom. Fil-Kategorija Open, Andrew Caruana, Jake Galea u Darrel Cauchi ħadu l-ewwel tliet postijiet fuq il-podju. Jake Galea kien wieħed miż-żewġ ċiklisti junior, li fl-età sittax qed juri li hu promettenti ħafna. Fil-Kategorija Masters kienu Derek Pepe, Kenneth Galea u il-veteran Patrick Scicluna li ħadu trofew għall-prestazzjoni tagħhom.

“L-Assoċjazzjoni hija sodisfatta ħafna bil-ħidma tas-sotto kumitat li ġie imwaqqaf apposta sabiex jorganizzaw dawn it-tlielaq – ix-xogħol tagħhom wera għarfien tekniku kif ukoll passjoni għall-isport – il-kummenti li irċevejna wara it-tellieqa kien positivi ħafna u minħabba hekk aħna verament ħerqana għal staġun li ġej “, ikkummenta Pierre Zammit Endrich, President tal-Malta Mountain Bike Association wara it-tellieqa. “Nittamaw li naraw izjed ċiklisti nisa u junior fuq iċ-ċirkwit u nisperaw li niksru l-tabù li jidher li hemm għall dawn iż-żewġ kategoriji partikolari fl-isport tagħna” kompla Zammit Endrich.

Il-Malta Mountain Bike Association ikkonfermat d-dati tat-tlielaq li jmiss fid-Downhill National Points Series li ser jseħħu nhar it-22 ta’ April, fit-13 ta’ Mejju u fl-10 ta’Ġunju. Wara waqfa għas-sajf, il-Kampjonati Nazzjonali se isiru nhar il-14 Ottubru.

Id-Downhill National Point Series huma appoġġati minn HSN Signs, Wheel Wizard, Pro Action, Dacoby Chauffeur Services, Epic No Limits.

Għal aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Assoċjazzjoni, żuru  is-siti elettroniċi – http://www.maltamountainbike.org.mt/ u http://mtbmalta.com





Leave a comment