Kors tal-Kowċis tal-Futsal

Thursday, March 31, 2011, 8:00

minn Cristian Muscat
 

Vic Hermans Malta Futsal National Team Coach

Il-Futsal huwa wieħed mill-iktar sport f’ Malta li qed jikber fil-popolarita’ u fil-ħiliet varji murija mill-plejers. Għal diversi snin l-MFA kienet fuq quddiem biex torganizza 5 a side indoor futbol kif ukoll biex tghaqqad tim nazzjonali li bħalissa huwa mmexxi minn Vic Hermans. Seminars u programme similari jigu bħala konsegwenza naturali u dan l-isport kiber il-lat tekniku f’ pajjiżna u mhux biss. Attivita’ intiza li taghti lill-kowcis u kil dawk li jmexxu t-timijiet varji tal-futsal insight aħjar tal-elementi tal-fitness tal-futsal sejra ssit f’ żewġ Erbgħat konsekuttivi, l-ewwel waħda nhar l-Erbgħa t-13 t’ April u t-tieni waħda nhar l-20 t’ April. Dan l-avveniment għandu jkun t’ għajnunu kbira biex ikabbar l-istandard tal-fitness tal-plejers tal-futsal. Il-kelliema prinċipali se jkunu Vic Hermans u Leandros Calleja li huma l-head coach u l-fitness coach rispettivament tat-tim nazzjoanli tal-fitness. Il-kors huwa miftuħ ghall-kowcis kollha li bħalissa jinsabu jmexxu timijiet tal-futsal gejjin mill-ewwel, mit-tieni u mit-tielet diviżjoni kif ukoll ghal dawk li jixtiequ jsiru jafu iktar rigward il-fitness fil-futsal. Erbgħin persuna se jkunu aċċettati għal dan il-kors bi prezz ta’ ħmistax il-ewro għall-parteċipazzjoni. Din l-attivita’ se  ssir fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin ġewwa Raħal Ġdid.





Leave a comment