Kors ta’ tahrig Internazzjonali.

Wednesday, September 18, 2013, 9:47

Kyle Sciberras, li diga kiseb numru ta’ titli nazzjonali fil-kurrikulum sportiv tieghu waqt l-ahhar edizzjoni tal-Kampjonati Nazzjonali u li qieghed fuq ilkotba ta’ Msida Arrows Badminton Club, ghadu kemm gie lura minn kors ta’ tahrig intensiv ta’ gimghatejn li sehh fil-belt daniza ta’ Odense.

Kollox beda bis-sehem pozittiv ta’ Sciberras fis-“Summer School” organizzata minn Badminton Europe fil-belt daniza ta’ Vejen f’Lulju li ghadda.

Ghalkemm l-isem ta’ “Summer School” jista’ jqarraq ghall-ewwel, dan lavveniment mhux xi skola tradizzjonali izda kors ta’ tahrig intensiv ghallplayers zghazagh kif ukoll ghall-coaches taghhom.

Immexxi minn ghaxar coaches ta’ l-aqwa livell maghzulin apposta minn Badminton Europe, dan il-kors ta’ gimgha din is-sena ra s-sehem ta’ 51 player u 19 il-coach gejjin minn 24 nazzjon differenti.

Waqt il-mawra tieghu fis-“Summer School”, il-livell gholi ta’ loghob muri minn Sciberras gibed l-ghajn ta’ Jakob Toft, wiehed mill-ghaxar coaches imsemmija aktar kmieni, li stiednu personalment biex ikompli fit-tahrig tieghu billi jinghaqad ghal gimghatejn ma’ l-Akkademja tal-Badminton organizzata mill-Odense Badminton Club.

Is-sessjonijiet ta’ tahrig ta’ Sciberras waqt is-sehem tieghu f’din l-Akkademja

kienu jdumu bejn sitta u tmien sieghat kuljum fejn matulhom hu seta’ jikseb taghrif mill-aktar siewji dwar l-ahhar zviluppi teknici u tattici fil-loghba talBadminton.

Waqt dan it-tahrig, spikkat l-attenzjoni individwali u dettaljata li Sciberras inghata kemm minn Jakob Toft innifsu kif ukoll mill-head coach ta’ lAkkademja, Lennart Engler.

Hawnhekk wiehed irid isemmi l-fatt li numru ta’ players fit-team nazzjonali daniz, bhal Victor Axelsen (Men’s Singles) u Mathias Boe (Men’s Doubles), tharrgu ghal bosta zmien f’din l-Akkademja fejn dan ghenhom jiksbu l-livell gholi ta’ loghob li ghandhom illum.

Dan it-taghrif li Sciberras kiseb fid-Danimarka zgur ser jghinu biex ikompli jtejjeb il-livell gholi ta’ loghob li diga ghandu.

Fuq kollox, din l-esperjenza fid-Danimarka – pajjiz li hu meqjuz bhala laqwa wiehed fix-xena tal-Badminton ewropew – ghandha taghtih vantagg psikologiku importanti fuq l-avversarji tieghu meta ghal darb’ohra jiehu sehem fil-futur qarib f’kompetizzjonijiet internazzjonali tax-xorta li diga ha sehem fihom kemm fi Sqallija kif ukoll f’Cipru.

Mistoqsi dwar il-mawra tieghu f’Odense, Sciberras stqarr: “L-esperjenza tieghi tul dawn il-gimghatejn shah ta’ tahrig kienet wahda eccezzjonali!

Fil-fehma tieghi, dan hu l-istil ta’ hajja li wiehed irid jghix biex ikun jista’ jikseb l-oghla livell fil-loghba tal-Badminton. Ix-xewqa tieghi hija li nerga’ lura mill-aktar fis possibli ghal aktar tahrig f’din l-Akkademja!”.





Leave a comment