Kors għall-volontiera fl-isports

Saturday, October 29, 2016, 16:03

Gavin Muscat

Il-volontarjat huwa wieħed mit-temi prinċipali tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea, u propju SportMalta ħasset li għandha torbot din it-tema mal-isport. Kien dan li wasal biex ikun varat kors ġdid għall-volontiera fl-isport, kors li se jwassal għal ċertifikazzjoni formali għal dawk kollha li se jattendu.

Il-kors ġie imfassal minn SportMalta flimkien mal-MCAST fejn kull min jispiċċa l-kors b’suċċess se jingħata MCAST Level 2 Award in Sport Volunteering.

Permezz ta’ dan il-proġett se tkun qed tiġi varata kullana ta’ attivitajiet marbutin mal-Presidenza fejn is-sena id-dieħla SportMalta se tkun qed tippreżenta r-riżultat ta’ dan il-proġett pilota bħala wieħed mill-prattiċi tajbin li nistgħu nagħmlu fl-Unjoni Ewropea.

SportMalta qed toffri dan it-taħriġ lill-impjegati kollha tagħha, kif ukoll intbaghtet stedina lill-għaqdiet sportivi kollha reġistrati magħha. Dan qed isir sabiex SportMalta tibqa’ dejjem tinvesti fit-taħriġ kontinwu tal-impjegati u n-nies li jaħdmu fil-qasam sportiv u biex issaħħaħ il-ħiliet tagħhom f’oqsma speċifiċi. Il-partecipanti ta’ dan il-kors ser ikunu jistgħu jiżviluppaw il-kompetenzi tagħhom u jaslu biex jieħdu iċ-ċertifikat li juri l-ħiliet tagħhom f’dan il-qasam u b’hekk ikunu jistgħu jaħdmu ma’ għaqdiet sportivi kemm f’kompetizzjonijiet lokali kif ukoll internazzjonali.

ll-kors, li hu maqsum fi tlett modules, se jintemm f’Marzu. Fl-aħħar tal-kors se jkun qed jinħoloq reġistru bl-ismijiet tal-volontiera li jkunu temmew b’suċċess dan il-kors. Dan l-istess reġistru imbagħad jista’ jservi ta’ referenza għall-assoċjazzjonjiet u clubs sportivi.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius qal li dan huwa proġett innovativ li ser iservi ta’ prattika tajba waqt il-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea.  Huwa spjega kif ħafna mill-ħidma li ssir mill-assocjazzjonijiet sportivi ssir fuq bażi volontarja u issa dawn il-volontiera għandhom mezz kif ikunu ċertifikati u rikonoxxuti. Minbarra hekk il-proġett ser ikun qiegħed jghin sabiex ir-riżorsi umani li Malta hija tant nieqsa minnhom ser ikunu massimizzati għall-potenzial tagħhom.   Huwa spjega li dan l-kors ser jkun qiegħed jitfa lill-parteċipanti fi pjattaforma li minnha l-assoċjazzjonijiet kollha ser ikunu qed jibbenefikaw.

Il-Kap Eżekuttiv  ta’ SportMalta, Mark Cutajar spjega kif dan huwa proġett ieħor fejn juri biċ-ċar li SportMalta qed dejjem tara kif tinvesti fil-ħaddiema tagħha billi toħloq opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ. Dan isegwi kors ieħor li kien offrut lill-ħaddiema ta’ SportMalta fejn ġew iċċertifikati b’MCAST Level 5 Award in Public Service Sport Administration. Huwa fakkar li dan il-kors kien sar permezz ta’ sħubija mal-European Observatoire of Sport and Emplyment (EOSE) u bil-kollaborazzjoni tal-MCAST fejn kien iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew.  Filfatt huwa rringrazzja lill-MCAST li għat-tieni darba konsekuttiva f’temp ta’ qasir żmien aċċettaw li jikkollaboraw ma’ SportMalta biex flimkien joħolqu kors ta’ livell għoli għal dawk li se jattendu. Huwa jinsab ċert li dan il-proġett se jintlaqa’ tajjeb mill-Unjoni Ewropeja u stqarr li hija l-intenzjoni ta’ SportMalta li jkun repetut fis-snin li ġejjin biex b’hekk tinħoloq pjattaforma ta’ nies bi kwalifiċi addattati fil-qasam sportiv.

Il-Prinċipal u Kap Eżekuttiv tal-MCAST, is-Sur Stephen Cachia qal li jinsab kuntent li l-MCAST qed tipparteċipa f’dan il-proġett ġdid ma’ SportMalta. “Dan il-kors se jservi bħala għodda ta’ valur hekk kif se jagħti l-ħiliet u l-kompetenzi f’qasam speċifiku tal-isports kif ukoll ikompli jiżviluppa lil dawk li se jieħdu sehem. Fih se jkun ukoll qed jgħin lill-għaqdiet sportivi biex jieħdu il-massimu mingħand il-volontiera tagħhom u fl-istess waqt isir rikonoxximent formali tal-kontribut tagħhom.”

 




2 Comments

  1. alfred zammit says:

    how can i apply please?

    [Reply]

    Sportinmalta Reply:

    You may contact the MCAST board at their email: information@mcast.edu.mt

    [Reply]

Leave a comment