Kors dwar taħriġ tal-goalkeepers miċ-Ċentru Tekniku tal-MFA

Monday, January 8, 2018, 9:26

Iċ-Ċentru Tekniku fi ħdan il-Malta Football Association ser jorganizza Goalkeepers’ Coaching Level 2 Course bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena. Il-kors jibda fid-19 ta’ Jannar u se jkun maqsum f’erba’ partijiet b’lectures u sessjonijiet ta’ prattika mifruxa fuq tlett ijiem f’weekends differenti.

Il-kors għandu l-għan li jkopri numru ta’ setturi importanti fit-taħriġ tal-goalkeepers fosthom l-aspett tattiku, l-irwol ta’coach tal-goalkeepers, l-użu tat-teknoloġija moderna, kif tiddefendi set-pieces bħal corners u free-kicks, u element fundamentali għal kull goalkeeper… kif twaqqaf ix-xuttijiet.

Il-prezz għal dan il-kors huwa ta’ €350.

Formoli ta’ applikazzjoni jistgħu jinkisbu billi żzuru s-sezzjoni Downloads (Other) fuq is-sit uffiċjali tal-MFA (www.mfa.com.mt).

Dawk interessati jistgħu jiġbru ukoll l-applikazzjoni tagħhom miċ-Ċentru Tekniku tal-MFA fl-Istadium Nazzjonali.

L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Jannar, 2018.

Għal aktar dettalji tistgħu tibagħtu email lil joe.mallia@mfa.com.mt jew mary.micallef@mfa.com.mt.





Leave a comment