Kors bażiku tat-Taekwondo jintemm b’suċċess

Friday, September 3, 2010, 15:48

Fl-20 t’ Awissu 2010 ġie fi tmiemu kors bażiku fid-dixxiplina ta’ l-arti tat-Taekwondo li sar f’ kollaborazzjoni bejn it-Taekwondo Dragon Club u l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Il-lezzjonijiet kienu mmexxija minn Sabomnim Stephen Formosa (4th Dan) u assistit minn martu Josianne (2nd Dan). Il-lezzjonjiet saru fis-sala prinċipali tal-Kunsill Lokali. Għal dan il-kors attendew b’kollox 16-il tifel u tifla li l-età tagħhom tvarja bejn is-7 u 15 il-sena.

Matul dan il-kors ta’ 6 lezzjonijiet, l-istudenti ġew introdotti għal movimenti bażiċi: block, kicks & stances. Sabomnim Formosa kontinwament enfasizza, li l-użu ta’ din id-dixxiplina għandha biss tiġi użata f’ każi estremi fejn il-ħajja ta’ l-individwu jew dak ta’ madwarna tkun f’ periklu.

Matul l-aħħar sezzjoni, l-istudenti ġew eżaminati fuq dak li kienu tagħlmu matul il-bqija tal-lezzjonijiet. Fl-aħħar tqassmu ċertifikati t’ attendenza lil kulħadd mill-president tal-Federazzjoni Maltija tat-Taekwondo, is-sur Joseph Azzopardi. Darlann Cassar, Justine Mifsud u Loughan Formosa lkoll ġew preżentati b’ T-shirt tal-klabb bħala rikonoxximent għal prestazzjoni tagħhom. L-avveniment ġie konkluż b’diskors qasir minn naħa ta’ Sabomnim Formosa u sur Joseph Azzopardi fejn irringrazzjaw lil kulħadd talli pparteċipaw u għal progress li kienu għamlu matul dawn l-aħħar ġimgħat u ħajruhom sabiex ikomplu jipprattikaw din id-dixxiplina.

Għal matul din is-sena il-klabb ser ikun qiegħed joffri korsijiet simili ma diversi kunsilli lokali. Matul is-sena skolastika l-ġdida, Sabomnim Formosa għandu jibda jagħtil lezzjonijiet tat-Taekwondo f’diversi skejjel madwar Malta wara l-ħin ta’ l-iskola, parti mill-proġett li għandu l-Kunsill Malti għall-iSport.

Fit-30 t’Awissu 2010, il-klabb nieda it-tielet eżami ta’ promozzjoni għall-istudenti maturi. Is-7 studenti li poġġew għal eżami kollha għaddew għal grad il-ġdid rispettiv tagħhom.

Yellow Tab (9th Kup): Donio Vella & Keith Spagnol

Yellow Belt ( 8th Kup): Henry Aquilina

Green Tab: (7th Kup): Diane Fenech & Kyle Vassallo

Green Belt: (6th Kup): Nicola Borg Cardona

Blue Belt: (5th Kup): Mauro Busuttil

Bħas-soltu lis-studenti kienu eżaminati b’reqqa fuq l-aspetti kollha ta’ l-arti li jagħmlu parti mis-sillabu rispettiv ta’ kull student skond il-grad tiegħu.

Attwalment Sabomnim Formosa qiegħed iħejji numru t’ atleti sabiex ikunu preparati biex jipparteċipaw fil 1st Malta Taekwondo Spirit Open li ser isir iktar tard matul din is-sena u għall-parteċipazzjoni fil-Park Pokal li ser issir f’ Sindilfingen ġewwa l-Ġermanja matul il-bidu tax-xahar ta’ Diċembru.

Dawk kollha li jixtiequ jsiru jafu dwar il-klabb għandhom iżuru s-sit elettroniku www.tdc.org.mt jew iċemplu fuq 99452010.





1 Comment

  1. Unknown says:

    Prosit lil dawk kollha tal – ezami!

    [Reply]

Leave a comment