Kontrattakk with more football gossip …

Sunday, January 9, 2011, 23:21

The local Sunday  tv show Kontrattakk as usual continues to reveal more gossip about local football. The below news was revealed on Sunday 9th January at 11pm.

Ryan Grech ta’ Tarxien ifittex Club

Il-Player li sa ftit jiem ilu kien reġistrat ma’ Tarxien, Ryan Grech qed ifittex Club hekk kif  jidher li ntemmet ħesrem l-avventura tiegħu ma’ dan il-Club. Grech huwa player ta’ 26 sena u dan l-istaġun lagħab 298 minuta (mitejn, tmienja u disgħin minuta). L-uniku goal tiegħu fil-Premier kien l-istaġun li għadda fl-4 ta’ Mejju fil-partita kontra Hibernians liema partita kienet spiċċat f’riżultat ta’ 1-0. Aħna għamilna kuntatt mat-Team Manager ta’ Tarxien John Vella dalgħodu fejn ikkonferma magħna li Grech m’għadux player ta’ Tarxien u rreferiena għall-ġurnal The Times fejn ġie rraportat li ż-żewġ naħat laħqu ftehim b’kunsens bejn iż-żewġ naħat. John Vella kkonferma magħna li r-release hu tal-player u kwalunkwe Club li jixtieq is-servizzi tiegħu jista’ jinnegozja direttament mal-player u mhux mal-Club jiġifieri ma hemm l-ebda kumpens jew ħlas ta’ xi loan li wieħed għandu jħallas lir-Rainbows. Intant minn informazzjoni li għandha jidher li l-player iriduh żewġ timijiet tal-Premier fosthom Sliema Wanderes.

Iż-Żażu lura bl-U/21 u jagħżel l-assistent tiegħu

Sa fl-aħħar hija uffiċjali li Ray Żażu Farrugia se jkun qed imexxi it-tim Nazzjonali ta’ taħt il-21 sena. Iż-Żażu, li diġa fil-passat kien imexxi l-Under 21 wasal fi ftehim mal-MFA wara negozjati twal li kienu jinvolvu wkoll diskussjonijiet dwar min kellu jkun l-assistent tiegħu. Filfatt iż-Żażu għażel lil coach Ronald Vella li jipposjedi l-UEFA ‘A’ License sabiex ikun  l-assistent miegħu f’din l-avventura. Vella kien ukoll l-assistent taż-Żażu anke fuq bażi ta’ Club. Iż-Żażu, wara l-esperjenza mal-Under 21 tmien snin ilu f’esperjenza ta’xejn inqas minn erba’snin kien eventwalment ħa t-tmexxija bħala coach ta’ Pieta, Sliema u Marsaxlokk.  Il-kuntratt li Ray Farrugia u Ronald Vella ffirmaw mal-MFA hu ta’ sentejn bil-ħsieb li dan jiġġedded wara l-kompetizzjoni tal-Under 21 li jmiss. Awguri lil Ray u lil Ronald f’din l-avventura.

Il-Ġurnalisti fil-korsa tal-Marsa.

Nhar il-Ħadd li għadda kull min kien preżenti ġewwa l-korsa tal-Marsa setgħa jsegwi tiġrija partikolari fejn għadd ta’  ġurnalisti u personalitajiet kienu mistiedna jitilgħu fuq ix-xerretta biex jikkompetu f’tiġrija numru 10. Tajjeb ngħidu li din ma kinitx tiġrija ta’  esebizzjoni biss iżda kienet tiġrija kompetittiva wkoll. Fost il-personalitajiet kien hemm il-kolleaga Sandro Micallef, il-ġuralista sportiva Mirana Agius Silvio flimkien mar-raġel tagħha l-goalkeeper ta’  Vittoriosa S. Simon Agius, il-preżentatriċi Mireille Bonello u l-ġurnalist ta’  TVM Keith Demicoli fost l-oħrajn. Fuq nota umoristika, tajje ngħidu li l-ġurnata ma kinitx waħda ideali minħaba li l-ġurnalisti imtlew tilja tajn minħaba li l-lejl ta’  qabel kienet għamlet ħalba xita mhux ħażin!!! Din l-attivita kienet parti mill-attivitajiet li torganizza l-Malta Racing Club. Inizjattiva tajba li ssir ta’  kull sena …. F’isem it-tim tal-produzzjoni ta’  Kontrattakk, nawguraw sena ta’  suċċess lil Malta Racing Club.

Ferencvaros jistgħu jerġgħu jiġu Malta

It-team Ungeriż Ferencvaros jista’ jerġa jitfaċċa f’Malta fi ftit ġimgħat oħra hekk kif dan it-team li miegħu jilagħbu l-Maltin Andre Schembri u Justin Haber bħalissa qed jintensifika t-taħriġ tiegħu fil-waqfa tax-Xitwa tal-kampjonat Ungeriż. Bħalissa għaddejja diskussjonijiet anke mal-uffiċjali  tal-MFA biex waqt it-training camp f’Malta, Ferencvaros jilagħbu xi friendly bil-possibilita li jilagħbu kontra tim Malti jew kontra selezzjoni tat-tim Nazzjonali kif kien il-każ sentejn ilu.

Scerri se jibqa’ ma’ Valletta

Waqt intervista live fuq l-istazzjon Malta Stars  ta’ Melita ilbieraħ wara l-logħba Valletta kontra Birkirkara, il-President ta’ Valletta kkonferma li Terence Scerri mhux se jinbiegħ lit-tim tal-Ażerbaijan. Dan għaliex Sciriha jixtieq li l-player jibqa’ mat-tim sal-aħħar tal-istaġun bil-għan li jagħlaq il-kampjonat qabel l-aħħar ġurnata. Sciriha informa lill-aġent tal-FIFA li kien qed isegwi lill-player b’din id-deċiżjoni.

Msida u Balzan ġlieda fuq il-mejda

F’konferenza stampa li saret nhar il-Ġimgħa li għaddew, Msida St. Joseph taw il-verżjoni tagħhom ta’ kif ġraw il-fatti dwar il-protest li huma kellhom minn Balzan Youth bil-konsegwenza li dawn tilfu l-punti fuq il-mejda. Għalkemm ħafna ħasbu li Msida kienu qed jippuntaw subgħajhom lejn il-kap tad-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Ivan Calamatta, dan mhux il-każ għaliex il-kritika u l-argument ta’ inġustizzja li qed jagħmlu Msida St.Joseph qed isir fil-konfront tal-Bord tal-Protesti li hu mmexxi minn Bertie Muscat. Filfatt ilbieraħ is-sit sportinmalta.com ippublika kull dokumentazzjoni li kienet iċċirkolata minn Robert Farrugia President tal-Club fejn kulħadd issa jista’ jasal għall-konklużjoni personali ta’ kif ġraw il-fatti u ta’ kif u għaliex inqatgħet is-sentenza favur Balzan Youths li kineu tilfu l-logħba 3-0 imma rebħu l-punti fuq il-mejda. Għalkemm kulħadd hu liberu li jasal għall-konklużjoni personali tiegħu, aħna wkoll għandha l-opinjoni tagħna dwar dan il-każ fejn tal-opinjoni li l-aħħar kelmiet tas-sentanza miktuba mill-Bord tal-Protesti fil-konfront tas-Sinjura Anna Agius u fil-konfront ta’ Ivan Calammatta ma kienux fattwali u ġusti fil-konfront tagħhom meta wieħed iqies ix-xogħolsiewi li jagħmlu fl-MFA. Fl-aħħar tar-rapport li jista’ jiġi moqri u mniżżel minn fuq sportinmalta.com jgħid hekk: Fil-fehma tal-Bord is-Sinjura Anna Agius u s-Sur Ivan Calamatta għandhom jiġu nfurmati li r-regolamenti għandhom jiġu osservati fl-intier tagħhom. Frażi bħal din ma kinitx f’lokha għaliex tiskredita lil dawn iż-żewġ persuni li huma innoċenti fl-istorja kollha.





Leave a comment