Kontrattakk reveals more every Sunday …

Monday, November 8, 2010, 9:43

Waqt il-programm tal-Ħadd 7 ta’ Novembru fuq Kontrattakk, tħabbar dan li ġej waqt ir-rokna X’Qed Jinħema:

JUVENTUS SOCCER SCHOOL U ĦAMRUN YN F’TURIN

Fi tmiem il-gimgħa l-oħra selezzjoni mill-Juventus Soccer School Malta telgħu Torino l-Italja għall-ewwel darba f’dan l-istaġun għal sessjonijiet ta’ taħriġ fi Grugliasco ma’ coaches Taljani. Din il-mawra setgħet issir grazzi għall-inizjattiva ta’ Events Services li għadha kif iffirmat kuntratt ta’ sentejn biex tirrapreżenta lil Juventus Soccer School f’Malta.

Flimkien mas-selezzjoni tat-tfal fi ħdan l-iskola ingħaqdu koll 11-il tifel min-nursery ta’ Hamrun Spartans li wkoll kellhom l-opportunita` li jilagħbu friendly ma’ selezzjoni ta’ tfal Taljani li huma msieħba fil-Juventus Soccer School f’Torino.

It tfal ta’ Hamrun Spartans kienu akkumpanjati mill-uffiċjal tan-nursery Noel Debbatista flimkien mal-player Rupert Mangion li huwa wkoll wieħed mill-coaches fi ħdan in-nursery tal-iSpartans.

It-tfal applikanti tal-JSS Malta kienu akkumpanjati mill-head coach u direttur tekniku tal-iskola Charles Borg.

Ma’ dawn it-tfal ingħaqdu wkoll ammont ta’ ġentiuri li wkoll akkumpanjaw lit-tfal għal din l-esperjenza sabiħa li mistennija terġa’ tirrepeti ruħha fl-ewwel ġimgħa ta’ Marzu tas-sena d-dieħla.

JUVENTUS SOCCER SCHOOL UFFIĊJALMENT MIFTUĦA

Wara li din il-mawra f’Turin, saret uffiċjalment ċerimonja tal-ftuħ tal-Juventus Soccer School f’Malta għat-tfal kollha li se jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-istaġun 2010- 2011.

Iċ-ċerimonja tal ftuħ li tagħha qed naraw il-filmati saret ġewwa l-ground il-ġdid b’wiċċ sintetiku f’Pembroke quddiem il-preżenza tal-ġenituri ta ‘l fuq minn 45 tifel li applikaw.

Iċ-ċerimonja tal-ftuħ li kienet ukoll l-ewwel sessjoni għal dan l-istaġun kellha forma simili għal kull ċerimonja tal-ftuħ li ssir għall kull Juventus Soccer School madwar id-dinja.

Is-sessjoni inawgurali ħadet forma ta’ sessjoni ta’ taħriġ fejn it-tfal tqassmu fl-age groups rispettivi tagħhom u għamlu curcuit ta’ tahrig li kienu pprogrammati qabel.

Is sessjoni ta’ taħrig tal-Juventus SC isiru kull nhar ta’ Tlieta fil-5pm fil-ground ta’ Kordin u l-Ġimgha fil-ground ta’ Pembroke. Kull min hu interessat li japplika lit-tfal tiegħu fil-Juventus Soccer Schools Malta għandu jikkuntatja lil Charles Borg fuq facebook jew iffitex JSS mMalta fuq l-istess sit. E-mail – kontrattakk@gmail.com  Tistgħu anke tibagħtu sms fuq in-numru ta’ dan il-programm 50614914 u l-headcoach jikkuntattja lil dawk interessati.

FUTSAL NAZZJONAL: PROBLEMI

It-Team Nazzjonali Malti immexxi mill-coach Olandiz Vic Hermans matul din il-ġimgha kien impenjat fil-Libja fejn ipparteċipa għall-ewwel darba fit-Tazza tal-Meditterran.

It-team Malti kellhu wirjiet negattivi hekk kif tilef il-partiti kollha fi grupp C. Malta iddebuttat f’din il-kompetizzjoni b’telfa kbira ta’ 8-1 kontra l-Bosnja.

 It-team nazzjonali Malti tilef ukoll ma’ Ċipru bl-iskor ta’ 5-0, mat-Tuneżija bl-iskor ta’ 4-1 u minkejja li tejbu l-prestazzjoni fl-aħħar konfront tilfu bl-iskor ta’ 2-1 kontra l-Alġerija.

Ta’ min isemmi li l-iskwadra Maltija kienet fin-nuqqas ta’ bosta players fundamentali hekk kif ma setgħux jiffurmaw parti mill-kontinġent li mar il-Libyja minħabba li ma ingħatawx leave mill-impjieg tagħhom.

MFA: IR-RIFORMI TAL-KAMPJONAT MA JITĦABBRUX

Din il-ġimgħa l-MFA għamlet waħda minn tagħha fejn sejħet konferenza stampa  biex jittellgħu l-poloz tal-U*Bet FA Trophy. Sa hemm ma hemm xejn tad-daħk, tad-daħk kien il-fatt li s-sejħa għall-istampa kienet tgħid li l-president il-ġdid Norman Darmanin Demajo kien se jagħti dettalji dwar ir-riformi l-ġodda fil-kampjonat…..hekk kif kien hemm imniżżel fl-email li bagħtu Louis Micallef u Mark Attard fil-jiem ta’ qabel.

“Se jingagħta tagħrif ieħor minn Norman Darmanin Demajo –  President tal-Malta Football Association, rigward ir-riformi fil-format tal-kampjonat u l-kompetizzjoni U*Bet FA Trophy.

Taħsbu li ngħataw xi dettalji dwar il-format il-ġdid? U żgur li le!!! Tgħid insew ifakkru lil President li kellu jitkellem ukoll dwar il-kampjonati jew l-assistenti tieghu għamlu żball li ħarġu dan id-dettall li l-Pres. Kellu jitkellem fuq il-Kampjonat sponsorjat mill-BOV waqt konferenza stampa tal-Maltco Lotteries?

Din diġa kienet it-tieni okkażjoni fejn l-amministrazzjoni l-ġdida għamlet gaffe waqt konferenza stampa kemm ilhom li daħlu għal dan l-inkarigu. L-ewwel gaffe saret minn Antione Portelli Teżorier u l-assistent tiegħu Ivan Mizzi meta ndirizzaw konferenza stampa dwar il-prezzijiet tal-biljetti l-ġodda fejn l-ewwel ingħata tagħrif mod u l-għada l-MFA ħarġet kjarifika biex tirrevedi d-dettal li ingħata dwar il-prezzijiet tat-tfal.





Leave a comment