Kontrattakk reveals more about local football

Monday, December 20, 2010, 6:00

The weekly sports programme Kontrattakk yesterday continued to reveal more about local football …

Msida SJ jissodaw bl-akkwisti  

It-team tal-ewwel Diviżjoni Msida St.Joseph ilbieraħ ta twissija lit-timijiet tal-Ewwel Diviżjoni kollha hekk kif rebħu l-ewwel logħba tagħhom fil-kampjonat meta għelbu lil Balzan Youths bl-iscore ta’ 3-0. Żgur li l-akkwisti li għamel it-team immexxi minn Iro Curmi f’dawn l-aħħar jiem għinu mhux ftit sabiex l-iskwadra tissoda. Filfatt is-Saints akkwistaw lil Vincente Ture u lil Valdho Alhino b’dan ta’ l-aħħar kien fuq il-kotba ta’ Sliema Wanderers imma ġie rilaxxat. Msida issa fil-klassifika għandhom tnaqqis ta’ punt wieħed biss wara li bdew il-kampjonat bi tnaqqis ta’ erba’ punti. Fost il-players li spikkaw għal Msida kien hemm Justin Mifsud difensur ċentrali li wkoll hu akkwist ġdid mingħand Melita FC. Żġur li din it-telfa kienet daqqa ta’ ħarta għat-team ta’ Ivan Zammit is-Sei, li qatt ma basar li se jitlef kontra team li jinsab fl-aħħar fil-klassifika hekk kif Balzan dan l-istaġun għaqqdu skwadra biex jisfidaw.

Żewġ telfiet għan-Nazzjonal tal-Futsal

It-Team Nazzjonali Malti tal-Futsal immexxi minn Vic Hermans tilef l-ewwel żewġ partiti ta’ ħbiberija f’Tournament Internazzjonali li qed isir fl-Isvizzera. Fl-ewwel logħba Malta tilfet 13-0 kontra l-Belġju u fit-tieni logħba tlifna 4-3 kontra n-Nazzjonal li kien qed jospita dan it-Tournament, l-Isvizzera. F’din il-logħba li konna iktar close mal-avversarji il-goals tal-Maltin ġew skorjati minn Jonathan Magri Overand, Carlos Scicluna u Paul Bugeja. Prosit ta’dan l-isforz mill-players Maltin u prosit lil MFA talli sa fl-aħħar qed issib budget finanzjaru sabiex it-team Nazzjonali tal-Futsal isiefer aktar u jilgħab iktar logħbiet Internazzjonali fejn tinkiseb aktar esperjenza.

Floriana iħallsu €10,000

Il-President ta’ Floriana Johann Said u sħabu kellhom iħallsu xejn inqas minn EUR 10,00 lil żewġ ex-players tagħhom fuq arretrati. Floriana kellhom iħallsu dawn il-flus lil Clifton Ciantar u lil Sunday Eboh. B’dawn il-pagamenti huma kienu liberi li issa jkomplu jakkwistaw players u filfatt apparti Etienne Barbara huma ffirmaw ukoll lil Daniel Nwoke u anke Portugiż li hu amateur bl-isem ta’ Marcal Guerero Fernandez. Floriana għandhom arretrati wkoll ma’ Alexsander Lieksic li kien magħhom l-istaġun li għadda.

 Valletta jakkwistaw iktar players … Scerri għal barra?

Victor Sciriha se jagħmel ħiltu kollha sabiex il-Club tiegħu jirbaħ il-Kampjonat dan l-istaġun hekk kif hu fatt magħruf li f’Jannar se jibqa’ jġib iktar players għall-coaches tiegħu Nardu Farrugia u Jesmond Zerafa. Valletta hu mifhum li diġa laħqu ftehim ma’ attakant żagħżugħ barrani li f’dan l-aħħar tliet staġuni dejjem spiċċa bħala top scorer fil-kampjonat li jilgħab fih. Il-Kumitat ta’ Valletta għażel li jippunta fuq attakkant minħabba l-fatt li hemm talba uffiċjali minn Club barrani biex jakkwista l-firma għal kollox ta’ Scerri. Terence Scerri ilu jkun segwit minn dan il-Club barrani għal ħafna xhur hekk kif anke scouts ġew jarawh jilgħab f’Malta. Intant iktar żviluppi fi ħdan il-Club Belti hekk kif jidher li se jiġi konkluż it-tpartit bejn Valletta u Sliema, tpartit bejn Ian Zammit u Jean Paul Mifsud Triganza sa tmiem l-istaġun.

Darmanin Demajo flok Mifsud fil-UEFA

Kif ħafna minnkom smajtu u qrajtu fuq il-ġurnali lokali, waqt l-aħħar laqgħa tal-Kunsill tal-MFA tqajmet il-kwistjoni dwar in-nominazzjoni possibli ta’ Dr. Joe Mifsud ex-President tal-MFA fi ħdan l-Eżekuttiv tal-UEFA. Dan sar meta waqt il-kunsill ta’din il-ġimgħa Norman Darmanin Demajo qara ittra mibgħuta mill-UEFA sabiex l-Assoċjazzjoni tagħna (kif jistgħu jagħmlu l-Assoċjazzjonijiet kollha) jinnominaw ir-rappreżentant tagħhom għall-elezzjoni għall-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA. Il-President attwali kien stqarr waqt intervista fuq The Sunday Times li hu ma kienx lest li jinnomina lil Joe Mifsud għal din il-kariga. Din id-dikjarazzjoni wasslet sabiex il-Hutch, Jesmond Abela (tal-Hibs) jitkellem fil-Kunsill u talab spjegazzjoni dwar is-sitwazzjoni in-kwistjoni. Kalm, kalm Darmanin Demajo qal li jekk hemm Clubs li jixtiequ jinnominaw lil Dr. Mifsud jistgħu jinnominawh permezz ta’ ittra bil-miktub indirizzata lil MFA u n-nomina eventwalment tkun diskussa fi ħdan l-organu għoli tal-MFA jiġifieri l-Bureau. Ta’ min isemmi li waqt il-Kunsill ta’ din il-ġimgħa Joe Mifsud reġa’ kien preżenti bħala osservatur minħabba li nħatar President Onorarju. Minn sorsi ta’ min jorbot fuqhom id-De De u Bjorn Vassallo bil-ħsieb li jevitaw li Joe Mifsud jerġa jsib postu fil-UEFA se jagħmlu ħilithom sabiex jew jikkandidaw ruħhom għal din il-kariga jew inkella iduru fuq xi alleat mill-klikka tagħhom biex jieħu post Mifsud. Ta’ min jevalwa wkoll il-kummenti li ta ilbieraħ Bjorn Vassallo lill-ġurnal It-Torċa liema kummenti ġew ppubblikati illum fejn Vassallo qal hekk dwar il-kwistjoni: “Jekk trid l-opinjoni onesta tiegħi, ngħidlek li Dr. Mifsud għamel ħafna żmien protagonista kemm lokalment u kif ukoll fil-UEFA u naħseb li issa wasal iż-żmien li jagħti ftit spazju lil ħaddieħor”.

 L-MFA fil-Party ta’ St. Paul’s

Iktar kmieni illum ġewwa l-kwartieri tal-Valletta St.Paul’s fil-Belt Valletta sar ir-riċeviment anwali tal-Milied ta’ dan il-Club ferm popolari fil-Belt. Ta’ kull sena għal dan ir-riċeviment jattendu diversi personalitajiet distinti kemm mill-MFA, Membri Parlamentari, u anke mistiedna distinti oħra. Il-Valletta St. Paul’s sa ftit tas-snin ilu kienu jipparteċipaw fil-kampjonat tal-MAFA iżda dan il-Club riċentament għażel li jibda jipparteċipa fil-kampjonat Nazzjonali tal-Futsal tal-MFA, filfatt huma jinsabu jikkompetu fit-Tieni Diviżjoni. Ta’ kull sena waqt dan ir-riċeviment isir diskors mill-President tal-Club Frans Mintoff u wara dejjem issir ġabra fost dawk li jattendu fejn bid-donazzjonijiet li jinġabru tinġabar somma sabiħa li tingħata lis-Sorijiet tal-Ursolini. Inzijattiva sabiħa. Għar-riċeviment tal-lum attendew fost l-oħrajn anke l-għola uffiċjali tal-amministrazzjoni l-ġdida tal-MFA.





Leave a comment