Kurżitajiet u fatti wara l-kunsill tal-MFA

Monday, February 6, 2012, 7:39

minn Sandro Micallef

Sammut u Gatt sospiżi wara test tad-doping

Carl Sammut se jkollu jiskonta sentejn sospensjoni minħabba li weħel test tad-doping wara l-partita Traxien v Hamrun tat-2 ta’ Diċembru. Hu ġie sospiż immedjatament. Sammut l-anqas ma deher quddiem il-Medical Committee tal-MFA. Player ieħor li ġie sospiż kien Steve Gatt player ta’ Gżira li wara l-logħba Gzira v Żebbuġ ma aċċettax li jagħmel it-test u telaq mill-ground. Dan ġie kkunsidrat bħala ħati u weħel ukoll sentejn sospensjoni.

Tenders ġodda għad-drittijiet televiżivi

l-MFA ħabbret li se tkun qed tilqa’ offerti minn kumpaniji lokali sabiex jingħataw id-drittijiet televiżivi diretti tal-logħbiet tal-kampjonat BOV Premier għat-tliet staġuni li ġejjin. Fit-tender li ħarġet l-MFA hemm possibilita’ li kumpanija tapplika għall-pakkett Pick 1 u / jew pakkett Pick 2. Minn jirbaħ Pakkett Pick 1 se jkun jista’ jxandar 52 logba live kull staġun fil-waqt li min jirbaħ pakkett Pick 2 se jkun jista’ jaxandar 32 logħba live. Jidher li l-MFA hi kuntenta li taċċetta li min jirbaħ il-kuntratta Pick 2 li l-logħbiet jixxandru b’camera waħda u mmorru lura madwar għoxrin sena fil-kwalita’. Il-minimu ta’ offerta għal Pick 1 trid tkun ta’€130,000 filwaqt li Pick 2 m’hemmx somma minima rikjesta. Interessanti hu l-fatt li l-MFA għada ma ħaditx pożizzjoni fuq ix-xandir illeċitu fuq is-siti tal-Internet tal-higlights tal-BOV Premier. Dawn il-filmati fuq l-Internet hu fatt li jnaqqsu konsiderevolment il-valur fis-suq tal-Football Malti suġett li Bjorn Vassallo ametta li qat ma ġie evelwat internament fl-MFA

Marsaxlokk virtwalment relegati

Marsaxlokk jistgħu jgħidu li għandhom sieq waħda fl-ewwel diviżjoni hekk kif jekk ma jħalsux xi players mill-lista twila ta’ players li għandhom ituhom il-flus sal-1 ta’Marzu huma se jitnaqqsulhom 6 punti mill-ewwel fażi. Marsxlokk ġew ordnati mill-Players, Coaches, Players agents Control and Dicsiplinary Board li kellhom iħallsu lil Obinna Obierfule, Rumen Galabov u lil Sunday Eboh ammonti rispettivi ta’ flus sax-xahar li għadda.Peress li Maraxlokk ma’ ħallsux issa l-kunsill tal-MFA ħareġ projbizzjoni fuq Marsaxlokk li jekk ma’ jħallsux lil dawn it-tliet players sa tliet ġimgħat oħra tiġi attwata r-rakomondazzjoni tal-Bord fejn jitnaqqsu s-sitt punti. B’kollox Marsaxlokk iridu jiġbru €20,000 b’mod immedjat.

Marsaxlokk għadhom dejn hekk kif ġej:

Rumen Galabov €6,500

Obinna Obiefule €9,000

Sunday Eboh somma mhux magħrufa

Patrick Curmi coach €5,500

Peter Pullicino ass coach €7,000

Glenn Zammit €5,900

Gareth Sciberras €4,000

Ħamrun S. imwissja sabiex iħallsu

Deċiżjoni simili ta’ rakomandazzjoni sabiex jitnaqqsu l-punti wkoll lil Club ta’ Hamrun Spartans għaliex dawn naqqsu li jimxu mad-deċiżjoni tal-istess Bord li jħallsu €1,200 lil Martin Hrubsa u €1,600 lil Peter Chizoba Anizoba. Il-Kunsill għamel ukoll projbizzjoni imma minn informazzjoni li ġbarna jidher li Hamrun anke għall-ammont minimu li hu mhux se jtawlu sabiex iħallsu lil dawn iż-żewġ players. Hamrun għandhom jagħtu wkoll €5,970 lil Gacesca imma dawn qed jalleggaw li Gacesca  kien ħabat bil-karozza li kien ipprovdilu l-Club u kien għamel ħsara ta’ €500 u dik hija r-raġuni li għadhom ma’ ħallsux il-player fejn iridu jistennew id-deċiżjoni dwar dan l-inċident jekk kienx it-tort tal-player jew le. Hamrun għad iridu jħallsu flus lil Mark Anthony Bonnici u jridu jikkumpensaw lil Clyde Camoin is-somma ta’ €1568 wara operazzjoni li għamel.

Floriana: Amamoo jimpika

L-ex Goalkeeper ta’ Floriana William Amamoo qed jeħel interessi ta’ 8% fix-xahar wara li dan naqqas li jħallas lill-Floriana is-somma ta’ €6000 wara d-deċiżjoni tal-Bord tad-Dixxiplina meta dan naqqas li jmur għall-logħob. Min naħa l-oħra Floriana għandhom iħallsu flus b’lura lill-ex team Manager tagħhom Joe Abela li dan kien iffirma kuntratt ma’ Johann Said għal xogħol dan l-istaġun.

Vassallo jagħti kuntratt lil Soldano

Sergio Soldano inħatar full time coach mal-MFA u qed jieħu ħsieb subien li twieldu fl-1998 (jiġiefiri under 13 u 14) Dan il-coach qed ilaqqa’ selezzjoni ta’ tfal tliet darbiet fil-ġimgħa It-Tnejn, it-Tlieta u ,l-Erbgħa, fejn it-Tnejn u t-Tlieta dawn il-footballers promessi tal-futur jiltaqgħu fiċ-ċentru tekniku fis-6.30pm għal sessjonijiet speċjaliżżati u l-Erbgħa novita’ sabiħa u ta’ min ifaħħarha għall-MFA hi fejn dawn it-tfal imorru Ta’ Qali fit-3.30pm jagħmlu l-homework taħt superviżjoni, jitħarrġu anke indoor u anke jieklu hemm u wara filgħaxija tard jagħddu għalihom il-ġenituri. Soldano ingħata kuntratt sa’ Ġunju tal-2014. L-isports Pyscologist Adele Muscat ukoll qed tiltaqa’ ma’ dawn it-tfal.

l-MFA tbaxxi rasha u tiskuża ruħa mal-MEPA

Jidher li sa fl-aħħar l-MFA iltaqgħet u kważi ġabitha żewġ mal-MEPA hekk kif ġew diskussi l-problemi ta’ żvilupp fil-grounds tal-Mosta u ta’ Hamrun Spartans. Jidher li bl-intervent ta’ Bjorn Vassallo sa fl-aħħar l-MFA se tingħata preċedenza ta’ fast track process meta jitressqu applikazzjonijiet ta’ żviluppi ta’ faċilitajiet sportivi. Interessanti hu li lMFA għamlet apoloġija formali lill-MEPA talli mexxiet fuq ċertu proġetti mingħajr il-permessi neċċessarji. Dan kollu wara l-għaġġla sfenata sabiex jitlestew ix-xogħlijiet fil ħin (li għadhom mhux lesti) speċjalment fil-Victor Tedesco Stadium.

NDD irid jixhed quddiem Bord indipendenti

NDD ħa l-go ahead mill-Kunsill tal-MFA sabiex jitwaqqaf Bord indipendenti sabiex jinvestiga l-allegazzjonijiet li kien għamel l-istess NDD fil-konfront tat-tmexxija ta’ l-ex President tal-MFA Joe Mifsud. NDD kien allegga li kien hemm ċertu flus li suppost daħlu fil-kont tal-MFA u dawn ma’ daħlu qatt. Skond NDD dan il-pass li jitwaqqaf dan il-Bord indipendenti qed isir wara li hu issa spiċċa x-xhieda personali fil-każ ta’ libell li Joe Mifsud kien għamel fil-konfront ta’ NDD. Minkejja li l-MFA għandha l-organu tagħha ta’ kummissjoni interna ta’ investigazzjoni, NDD qed irid li din il-kwistjoni tissolva darba għal dejjem u allura qed jipproponi li jkunu appuntati tliet persuni integri sabiex jisimgħu x-xhieda ta’ NDD u possibilment Joe Misud fejn dan suppost għandu jiddefendi ruħu b’mod totalment indipendenti mill-organi tal-MFA. L-għan prinċipali ta’ din il-mossa ta’ NDD hu sabiex ikun determinat jekk l-allegazzjonijiet li kien għamel snin ilu NDD kienux fundati jew le. Filwqt li ta’ min jinnota li NDD qatt ma semma x’ikun il-futur tiegħu jekk dan il-Bord jikkonkludi li l-allegazzjonijiet tiegħu ma kienux fattwali, ħadd għadu l-anqas ma jaf jekk Joe Mifsud hux se jaċetta li jidher quddiem il-Bord. L-Avukat Joseph Said Pullicino illum jokkupa l-kariga ta’ Ombudsman mistenni jkun avviċinat sabiex jifforma parti minn dan il-Bord.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 





2 Comments

  1. Sandy says:

    Who is going to cover up for Mr Said now ? Videos dont lie. Good Fifa is the one to make the decision and not based on dicissions without proofs. William was sensible enough to have kept all those videos.
    Now videos dont lie . Let fifa decide and take the appropriate sanctions.

    [Reply]

  2. jerry says:

    Sa fejn naf jien ghad faddal xi jsir xoghol fuq il- victor tedesco stadium ……. ghandu bzonn ghax ghalkemm tjieb xorta ghad fadal xi nuqqasijiet u nahseb hemm bzonn ta tlett stadiums professjonali ….. T aqali, Hiberians stadium u Victor Tedesco stadium ta l-nqas

    [Reply]

Leave a comment