Kontrattakk continues to reveal more and more …

Sunday, November 14, 2010, 23:55

Waqt Kontrattakk tal-Ħadd 14 ta’ Novembru, ħarġu dawn l-aħbarijiet:

VALLETTA IMPENJATI FI FRIENDLY MA’ MOSTA FC

Nhar l-Erbgħa li ġej, it-tim ta’ Jesmond Zerafa se jkun impenjat f’partita ta’ ħbiberija kontra t-tim tal-ewwel Diviżjoni –Mosta FC in vista tat-tkomplija tal-preparazzjon tal-Kampjonat BOV Premier. Valletta kontra Mosta se tintlagħab nhar l-Erbgħa li ġej fis-7pm fil-grawnd il-ġdid tal-Mosta li ġie inawgurat mill-Prim Ministru ta’ Malta ilbieraħ wara nofsinhar.

 MICHAEL MIFSUD FL-AMERKA

Il-ġurnal lokali L-Orizzont fl-edizzjoni tas-Sibt ħareġ l-aħbar li l-Internazzjonali Malti Michael Mifsud fl-aħħar ġimgħat kien jinsab l-Amerka għal trial u taħdidiet  fil-Major Soccer League Amerikan ta’ Chicago Fire. Mifsud hu rrappurtat li se jiffirma kuntratt ta’ tliet snin. Michael Mifsud jinsab parti mill-iskwadra ta’ dsatax-il player li dalgħodu ħalliet Malta għal Zagreb għal-logħba kontra l-Kroazja.

 BLA TRAINING SURA GĦAL BUTTIGIEG 

U b’rabta mal-logħba Kroazja –Malta, interessanti l-kumment li għadda l-kowċ nazzjonali John Buttigieg, dwar il-fatt li f’dawn l-aħħar 3 ġimgħat qatt ma kellu għad-diżpożizzjoni tiegħu l-iskwadra kompleta biex jagħmel it-taħriġ neċessarju. Buttigieg jinsab diżappuntat għall-fatt li ħafna fixtures li ġew milgħuba matul il-ġimgħa fixklu l-andament tal-preparazzjoni għal din il-logħba.

 PULIZIJA GĦAL FUTSAL FIT-TIENI DIVIŻJONI BISS

Interessanti l-fatt li wara r-rapporti li saru mir-referees tal-futsal li kienu qed jikkontrollaw il-logħba tat-tieni diviżjoni tal-Kampjonat tal-MFA bejn Southenders Bezzina u Valletta St. Paul’s ġara li bdew jattendu żewġ pulizija għal kull logħba. Dan il-fatt ġie kkonfermat ilbieraħ meta fil-padiljun ta’ Kordin fejn jintlagħab il-futsal, għall-partita Southenders Bezzina kontra Tal-Werqa, tfaċċaw żewġ uffiċjali tal-pulizija sabiex jassiguraw rwieħhom biex ma jirrepetux ruħhom inċidenti simili bħal ma ġraw tliet ġimgħat ilu fejn inqala’ ħafna nkwiet fi tmiem il-partita.





1 Comment

  1. clayton formosa says:

    mhux hekk naghtu kuntratt lill-pippo u l-kowcis li hemm fil-youth section adhom bla kuntratt. clayton

    [Reply]

Leave a comment