Kontrattakk bl-ikbar udjenza fost il-programmi sportivi bi 82,000 telespettatur

Monday, November 29, 2010, 10:44

Skont l-aħħar stħarriġ ippublikat minn Media Warehouse, irriżulta li l-programm KONTRATTAKK irreġistra ammont impressjonanti ta’ 82,000 telespettatur f’dan is-survey.
 
Dan ipoġġi l-programm KONTRATTAKK bħala mhux biss l-iktar programm sportiv segwit fuq it-televiżjoni lokali iżda wkoll jikklassifika lill-KONTRATTAKK bħala l-iktar programm segwit fil-faxxa tas-sekonda serata wara l-programm Xarabank minn fost l-istazzjonijiet lokali kollha.

Programmi sportitivi oħra wkoll irreġistraw ammonnt konsiderevoli ta’ telespettaturi bl-Argument One TV b’udejenza ta’27,000 u Replay Net TV b’udejenza ta’26,000 telespettatur. MFA Live isegwi b’udjenza ta’ 4,000 telespettatur.

Físem it-team tal-produzzjoni nirringrazzja lilkom li tagħmlu parti minn din iċ-ċifra impressjonanti ta’ 82,000 telespettatur li ssegwuna kull nhar ta’ Ħadd, u tibqgħu f’kuntatt magħna matul il-ġimgħa biex KONTRATTAKK ma jkunx programm vetrina u notice board iżda programm investigattiv b’aġenda pożittiva lejn il-futbol Malti.
 
Minn hawn nirringrazzja wkoll lill-diriġenti tal-istazzjon Nazzjonali li emmnu fil-kumpanija Events Services u anki lil Where’s Everybody? li jagħtuna s-support tekniku minn ġimgħa għal ġimgħa.
Ħajr ukoll lil crew tekniku kollu ta’ kull ġimgħa taħt id-direzzjoni ta’ Charles Ahar u Victor Vella u t-tim tal-produzzjoni magħmul minn Alan Cutajar, Charmaine Pace, Caroline Attard u l-aħħar u mhux l-inqas il-mara tiegħi Catherine Micallef.

Dejjem magħkom fl-iSports

Sandro Micallef





5 Comments

  1. Chris says:

    Prosit tal-programm – u sewwa taghmlu li dak li thossu tghiduh, vera naprezza l-mod ta` kif tmexxu l-programm. 

    [Reply]

  2. sam says:

    Jaqaw dan Steve qed tugu zaqqu ghax Kontrattakk kaxkar lil kulhadd jew imqabad min xi hadd halli biex jinqeda bih jiprova jisgwida nies, Prosit Kontrattakk u komplu sejrin hekk dejjem insegwikom , Ghalija taghmlu koppja ta prezentaturi tajbin Sandro bl-esperjenza li ghandu u Caroline l-unika Tfajla li tifhem fil-futball hawn Malta mhux bhall l-ohrajn qedin hemm biex jippuzaw biss u anki id-double marking Cathrine prosit,

    [Reply]

  3. SliemaforLife says:

    Replay qed jghawweg il-fatti ghax jin rajtu survey tal media warehouse. Jekk qed jghid verita Christian ghala ma jurix il-ktieb tal Media Warehouse. Sandro urieh

    [Reply]

  4. steve says:

    u ejja intom qed tghawgu affarijit intom bhala program qedin wara replay sew intom kemm jaraw dak hin madwar gima kollha mhux program takom ghidu verita billi toqodu tilabu ta tfal mhux se taslu imkien

    [Reply]

    Sportinmalta Reply:

    Steve if you have enough money to buy the Media Warehouse Survey buy it and go straight away to page 36 featuring Kontrattakk with 82,000 viewers at 10pm. Let alone at 9.45pm when the programme actually starts. Replay registered 24,000 viewers. It is true and correct however that Replay are stating that according to this Survey Replay was voted amongst the favourite programmes in Malta and is the most favourite therefore amongst all programmes…. In simple terms and with a simple example it’s similar to say I like the newspaper Illum and it is my favourite read on Sunday but you buy The Sunday Times. – regards Sandro Micallef

    [Reply]

Leave a comment