- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

KONTINĠENT TA’ 37 ATLETA GĦALL-WORLD COMPANY SPORT GAMES

Posted By Sportinmalta On May 21, 2018 @ 7:29 am In Featured,Other | No Comments

 Kontinġent ta’ 37 atleta f’sitt dixxiplini sportivi differenti se jmorru Franza din il-ġimgħa sabiex jieħdu sehem fit-tieni edizzjoni tal-World Company Sport Games li se jsiru bejn it-23 u s-27 ta’ Mejju f’La Baule.

Il-Malta Employees Sports Association (MESA), li torganizza attivitajiet ta’ sports varji għall-ħaddiema f’kull settur, ilha għal dawn l-aħħar erba’ snin tieħu sehem b’suċċess f’dawn it-tip ta’ logħob internazzjonali għall-ħaddiema.

F’La Baule, li jinsab fuq il-kosta Atlantika fil-punent ta’ Franza, il-MESA se tkun qed tipparteċipa bl-akbar kontinġent tagħha hekk kif 37 atleta se jieħdu sehem fl-Atletika, Badminton, Beach Volleyball, Bowling, Ċikliżmu u Darts.

B’kollox f’dawn il-Games, li jiġu organizzati mill-World Federation for Company Sport (WFCS), se jkunu qed jieħdu sehem aktar minn 5,000 atleta fi 23 dixxiplina sportiva differenti.

Il-kontinġent tal-MESA se jkun jikkonsisti minn dawn l-atleti:

Atletika: Paul Apap, Peter Azzopardi, Michael Bezzina, Leslie Camilleri, David Cassar, Matthew Robert Gauci, Marilyn Grech, Adrian Mifsud, Mark Mifsud, Melvin Mifsud, Lawrence Ransley, Matthew Scicluna u Adrian Tanti

Badminton: Edmond Abela, Joanne Cassar, Jacqueline Degiovanni, Stpehen Ferrante, Aldo Polidano, Sandra Spiteri u Kenneth Vella

Beach Volley: Nisa – Maria Caruana Demicoli u Isabel Cutajar; Irġiel – Angelo Bonello u David Mario Caruana

Bowling: BOV – Alan Attard, Hubert Camilleri, James Grech, Mark Serge u Joseph Edward Xuereb; MIA – Aaron Belli, Stephen Cassar, Mario Ellul, Charles Farrugia, Charles Galea u Alfred Pulis

Ċikliżmu: Michael Grima

Darts: Joseph Mallia

Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-kontinġent tal-MESA ltaqa’ mal-Prim Ministru Dr Joseph Muscat, li awgura lill-atleti Maltin suċċess f’dawn il-Games. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm is-Segretarju Parlamentari Dr Clifton Grima kif ukoll is-Segretarju Permanenti Prinċipali s-Sur Mario Cutajar.

Il-kontinġent tal-MESA, immexxi mill-President Mark Marlow, se jħalli Malta nhar it-Tlieta, 22 ta’ Mejju u jirritorna nhar it-Tnejn, 28 ta’ Mejju.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/kontingent-ta-37-atleta-ghall-world-company-sport-games/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.