- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Kont il-ħaruf tas-sagrifiċċju – Mark Marlow wara li tneħħa minn kowċ

Posted By Sportinmalta On February 1, 2011 @ 10:10 am In Featured,Football | 14 Comments

minn Sandro Micallef.

Mark Marlow tneħħa minn kowċ ta' Sliema wara s-sessjoni ta' taħriġ tat-Tnejn filgħaxija

Mark Marlow tneħħa minn kowċ ta' Sliema wara s-sessjoni ta' taħriġ tat-Tnejn filgħaxija

Waqt laqgħa tal-Kumitat ta’ Sliema il-bieraħ filgħaxija ġie deċiż li Mark Marlow il-kowċ tal-Club jitneħħa minn kowċ tat-tim u postu jieħdu l-ex player Danilo Doncic li ilu jħuf u jdur biswiet uffiċjali ta’ timijiet tal-Premier għal dawn l-aħħar tlett ġimgħat f’Malta.

Mark Marlow b’hekk sar l-ewwel kowċ ta’ dan il-Kampjonat li tilef postu bħala kowċ.

Dalgħodu għamilna kuntatt ma’ Marlow fejn wera’ d-diżappunt għal din id-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Sliema u fl-istess waqt qal li jifhem lil Steve Abela President tal-Club li kellu jieħu din id-deċiżjoni.

“M’għandi l-ebda rimors għal dak li ġara għaliex kemm ili kowċ tas-Sliema ħdimt u tajt il-massimu tiegħi bħala kowċ u dejjem ippruvajt li t-team ikun tattikament dixxiplinat f’kull logħba u għandi kuxjenza safja” qal Marlow.

L-ex kowċ ta’ Msida SJ kompla jgħid “Għandi rispett kbir lejn Steve Abela li jaf kif naħdem għaliex dejjem kien jiġi jara s-sessjonijiet tat-taħriġ u kien jidħol ukoll għat-team talk ta’ qabel il-partita u allura jaf li jien dejjem tajt il-massimu tiegħi” . Marlow żied jgħid, “Punti ma’ ġewx kemm xtaqna u kont sfortunat li kelli ammont kbir ta’ injuries fit-tim, dan il-President  jafu u anke l-kumitat iżda nirispetta d-deċiżjoni tagħhom”.

Mistoqsi dwar kif ġiet ikkomunikata lilu din id-deċiżjoni Marlow qal li Abela iltaqa’ miegħu u verbalment qallu li mhux hu l-problema imma kellha ssir xi ħaġa biex tittranġa s-sitwazzjoni tat-tim u allura skond Abela il-kowċ kellu jkun il-vittma.

Intant dan is-sit għandu informazzjoni li Sliema se jonoraw il-kuntratt li għandhom ma’ Marlow bħala kowċ u se jibqgħu iħallsuħ sa tmiem tal-istaġun.

Doncic issa sar il-ħames kowċ li appuntaw Sliema f’dawn l-aħħar ħames staġuni wara Hugh Caruana, Ray Zazu Farrugia, Stephen Azzopardi u Mark Marlow.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/kont-il-haruf-tas-sagrificcju-mark-marlow-wara-li-tnehha-minn-kowc/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.