Kont il-ħaruf tas-sagrifiċċju – Mark Marlow wara li tneħħa minn kowċ

Tuesday, February 1, 2011, 10:10

minn Sandro Micallef.

Mark Marlow tneħħa minn kowċ ta' Sliema wara s-sessjoni ta' taħriġ tat-Tnejn filgħaxija

Mark Marlow tneħħa minn kowċ ta' Sliema wara s-sessjoni ta' taħriġ tat-Tnejn filgħaxija

Waqt laqgħa tal-Kumitat ta’ Sliema il-bieraħ filgħaxija ġie deċiż li Mark Marlow il-kowċ tal-Club jitneħħa minn kowċ tat-tim u postu jieħdu l-ex player Danilo Doncic li ilu jħuf u jdur biswiet uffiċjali ta’ timijiet tal-Premier għal dawn l-aħħar tlett ġimgħat f’Malta.

Mark Marlow b’hekk sar l-ewwel kowċ ta’ dan il-Kampjonat li tilef postu bħala kowċ.

Dalgħodu għamilna kuntatt ma’ Marlow fejn wera’ d-diżappunt għal din id-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Sliema u fl-istess waqt qal li jifhem lil Steve Abela President tal-Club li kellu jieħu din id-deċiżjoni.

“M’għandi l-ebda rimors għal dak li ġara għaliex kemm ili kowċ tas-Sliema ħdimt u tajt il-massimu tiegħi bħala kowċ u dejjem ippruvajt li t-team ikun tattikament dixxiplinat f’kull logħba u għandi kuxjenza safja” qal Marlow.

L-ex kowċ ta’ Msida SJ kompla jgħid “Għandi rispett kbir lejn Steve Abela li jaf kif naħdem għaliex dejjem kien jiġi jara s-sessjonijiet tat-taħriġ u kien jidħol ukoll għat-team talk ta’ qabel il-partita u allura jaf li jien dejjem tajt il-massimu tiegħi” . Marlow żied jgħid, “Punti ma’ ġewx kemm xtaqna u kont sfortunat li kelli ammont kbir ta’ injuries fit-tim, dan il-President  jafu u anke l-kumitat iżda nirispetta d-deċiżjoni tagħhom”.

Mistoqsi dwar kif ġiet ikkomunikata lilu din id-deċiżjoni Marlow qal li Abela iltaqa’ miegħu u verbalment qallu li mhux hu l-problema imma kellha ssir xi ħaġa biex tittranġa s-sitwazzjoni tat-tim u allura skond Abela il-kowċ kellu jkun il-vittma.

Intant dan is-sit għandu informazzjoni li Sliema se jonoraw il-kuntratt li għandhom ma’ Marlow bħala kowċ u se jibqgħu iħallsuħ sa tmiem tal-istaġun.

Doncic issa sar il-ħames kowċ li appuntaw Sliema f’dawn l-aħħar ħames staġuni wara Hugh Caruana, Ray Zazu Farrugia, Stephen Azzopardi u Mark Marlow.





14 Comments

  1. sliema supporter says:

    @ eman saliba ..int taf taqra jew le? jien anzi ghedt li Marlow dejjem tkellem b mod tajjeb mal plejer u mhux ikellimhom baxx….nahseb ghal ‘sliemiz’ ridt tgid int…u inti tahseb li marlow ma ridomx il players? mela hawn xi coach fid dinja li ma jixtieqx skwadra kbira?

    [Reply]

  2. Elishia says:

    @ Eman Tista tajdli meta il coach Mark Marlow ma haddiemx ma team taghna????? U int cert li hu ideccida li il Lattes ma inzommuhx u il players l ohra li nehejna fil bidu ta l stagun bhal Ivan Woods, Ian Azzoppardi ecc ecc ????? Mela oqod kwiet u qabel ma tkun cert min certu affarijiet tiktibhomx fil publicu.

    [Reply]

  3. eman saliba says:

    sur sliema supporter mhuwiex sewwa li titfa malafama bhal din fuq mark marlow. jin il ftit li mort tinge qatt ma smajtu jitkellem hazin jew baxx. jin l-ewwel wiehed li qbilt ma decizzjoni tal press tana meta biddel il coach ar raguni li saru hafna zbalji ezempju klassiku li nehha lil lattes. u nemmen ukoll li wara dak it telf kollu ghandu jinghata rendikont. dan mux qed nejdu b disprezz lejn marlow anzi konvint li ta l massimu tieghu bhala coach imma ma hadmitx ma team tana

    [Reply]

  4. Elishia says:

    Hawn Malta ghal paroli fil vojt l ewwel nihdu. @ Sur Slimiz, tista tajdli meta smajt li Sur Marlow jitkelem hazin????? Ax jiena kont inkun hemm kwazi kuljum hu qatt ma smajtu jajt xejn u jekk veru hu dan li qed tajt int la il players ma kienu ha ihaluh jamel dan, l anqas il president li kwazi ikun kuljum maghna training session u iktar u iktar ahna bhala suppporters. Issa mux ha inkompli ninhela mieghek Sur Slimiz. Nibda biex najt Grazzi mil qalb lilek Sur Mark Marlow ta din l ahhar sena kont parti mil club taghna li tant qejjed ghal qalb is Slimizi. J alla nergaw narawk tati tmexija tieghek lil xi club iehor f Malta ax jiena perswaza li int coach tajjeb u li tamel tamlu mil qalb.

    [Reply]

  5. Horace says:

    Jien wiehed milli rari nfalli training session tas-Sliema u qatt ma smajt lil Mark Marow ikellem lill-players bi kliem baxx anzi kien jikkoregi l-min jitkellem hekk. Nistieden l-dak li qal hekk biex ma jinhebix u jghid min hu ghax ahna li nkun hemm nafu ezatt min ikun hemm prezenti waqt it-training, probabbli li int xi wiehed li qed jivvinta dan kollu. Bhala supporter Slimiz nirringrazzja l-Mark tax-xoghol li ghamel b’mod specjali s-sena l-ohra meta ha t-tim f’idejh fejn ahna konna fis-7 post u mhux biss irnexxielna nigu ma l-ewwel sitta imma spiccajna it-3 u b’hek ikkwalifikajna ghall-Ewropa, jew insejnih dan? Bhala suppoter nirringrazzja l-Mark li kien ikun dejjem vicin is-supporters u dejjem sab il-hin biex jismaghna f’dak kollu li konna nghidulu.
    Grazzi Sur Marlow u nawguralek ghall-futur.

    [Reply]

  6. paul says:

    nixtieq nibda biex naghjd li dan l paroli fil vijt li qed taghjdu huwa kollu biex tnehu il kredibilita li ghand il coach mark marlow .jiena imur traing kull jum qatt qatt ma smajt li mark marlow ikelem li players bi kliem baxx jew pastas kieku zgur li il president kien jaghdlu ghax kien ikun hemm ukoll jara training .anzi minn kien jitkelem pastas minn fost il players kien jikoregieh hu u jaghdlu biex ma jergax  jitkelem hekk .jiena haga naghjd il coach kien jaghmel training sections tajjbin hafna u qatt ma jaghmel li stess .u ohra fil ground mhux il coach jilghab il players hux .jena naghjd haga ahjar jaraw x hinu jigri tal kumitat ghax dejjm jehel il coach u dawn hlif xi tnejn qatt ma jkun il ground jew jigu jaraw xi section training hux alura kif jistaw jidecidu fuq dan jew fuq il perfomance tal coach .thanks mark marlow ta kull ma ghamilt ma team tyas sliema u kif ghatlek il mulej jalaq bieb u jiftah iehor u minn ghandu halqu halih ha jaghd li jrid ghax kif jaghdu jekk il gemel jara hotobtu jaqa u jmut zoptu supporter sliemiz.

    [Reply]

  7. sliema supporter says:

    @ joseph…iccekja l fatti sew qabel ma titkellem..mar ‘jilghab ma team tal futsal’ mhux jikkowcja. @sliemiz…jien kont nattendi kwazi kull sessjoni ta tahrig umhux vera li marlow kien ikellimhom baxx…anzi kien jamlilhom training sessions interessanti u bis sens…jekk minghalik trid taghmel hsara bi kliemek mhux ha jirnexxielek ghax mark xorta jibqa f’qalbna s supporters filwaqt li nirringrazzjah tax xoghol siewi li ghamel nawguralu kull success fil karriera tieghu. p.s. is sliema jaqbillom ituwom tbezbiza l certu plejers .

    [Reply]

  8. cikku poplu says:

    qiskhom ta tele bejh sirtu fejn jithlu kowcis lol

    [Reply]

  9. joseph says:

    bir rispett kollu lej il club tas sliema u l pres steve abela ma misshom qatt u qatt hatru l Marlow coach….ma nafx min amlu coach lil dan il bnidem..issa biex aktar nikonferma li qet najd inaqghad ma team tal futsal !

    [Reply]

  10. Belti says:

    Jien supporter Belti u se nghati opinjoni indipendenti. F’sitwazzjonijiet bhal dawn, meta r-rizultati ma jigux u l-puni jintilfu ma hemmx triq ohra hlief li tibdel lill min mil-lat tekniku hu responsabbli mill-impostazzjoni u t-tattika tat-tijm fil-partiti. Ghalhekk ma naqbel xejn ma’ Marlow li kien il-haruf tas-sagrificcju. Il-President ta’ Sliema ghamel dmiru ghax huwa hu li jrid iwiegeb lill-kumitat u supporters tat-tijm Sliemiz.

    [Reply]

  11. Anthony Camilleri says:

    La mintix Slimiz ghamlilna pjacir u tindahalx . Jew L awqa jew xejn , Mark marlow fi stagun shih kull ma rebah tlett loghbiet, bl-ahhar wahda bi grazzja kontra il-birgu .Ghalina is slimizi dan mhix bizzejjed !

    [Reply]

  12. sandro zammit says:

     ta qablek hekk qal marlow,kemm hawn hrief hawn malta ha ha ha 

    [Reply]

  13. sliemiz says:

    sur Goal inti kont tmur it training sessions tas Sliema? taaf li Marlow kien jitkellem mal players bil kliem baxx?ghalija dak latitudni huwa interorabli u jekk jixtieq jghamel hekk fil futur jista jic coachja lil St.Georges fejn forsi dawk il kliem ma jghatux caas.

    [Reply]

  14. Goal23 says:

    Nixtieq nuri s-simpatija tieghi ma’Marlow. Imdorrijin jaghmlu hekk tas-Sliema. Lil Azzoppardi hekk kienu keccewh ukoll is-sena l-ohra. Insew kemm il-unur kien rebbahhom is-sena ta’qabel. L-istess haga grat issa ma’ Marlow. Ahjar il-kumitat jara x’hemm hazin, u ghaliex mhux jigu punti. Facli jwahhlu fil-kowc, imma qed tigri kull sena. By the way, minix Slimiz, igifieri l-opinjoni tieghi hi assolutament newtrali.

    [Reply]

Leave a comment