Konna eċċezzjonali – John Buttigieg… Kumment fuq kull player minn Sandro Micallef

Wednesday, September 7, 2011, 10:57

minn Catherine Micallef

Buttigieg stqarr immedjatament wara l-logħba li hu u t-team tekniku antiċipaw li kienet se tkun logħba diffiċli kontra l-Georgia. “Konna nafu u konna ppreparati li se tkun logħba diffiċli iżda r-riżultat ġie għaliex kull player li lagħab kien eċċezzjonali” qal il-Kowċ Nazzjonali.

John Buttigieg itenni li l-players kienu eċċezzjonali. Ritratt Domenic Aquilina

Hu ta mertu wkoll lill-istaff tekniku kollu ta’ madwaru kif ukoll l-istaff mediku li ħadmu għal dan id-double header.

Buttigieg qal: “Konna il-ħin kollu mal-avversarji tagħna tul il-logħba u ħaqqna dan il-punt u allura kulħadd jinsab kuntent li sa fl-aħħar ċaqlaqna il-klassifika” Hu ammetta wkoll li minkejja għal ħafna ħinijiet il-logħba kienet draw u beża’ li setgħet tintilef speċjalment fl-aħħar għaxar minuti fejn ammetta li l-Georgia kienu aħjar minna.

Mistoqsi dwar id-deċiżjoni li jħalli barra mill-għażla players bħal Luke Dimech u Ettienne Barbara John Buttigieg qal li fil-waqt li Dimech kien hu li ddeċida li jieqaf minn Nazzjonal wara li kiteb ittra ta’ riżenja lill-MFA, il-każ ta’ Barbar hu differenti għaliex hu għadu jimmoniterjah bħal ma jagħmel lil kul player u jkollu jagħżel.

Hu faħħar ħafna lil Hogg u anke lil Briffa li qal dan tal-aħħar kellu logħba aħjar minn kontra l-Kroazja. F’dan li għandu x’jaqsam Bogdanovic dan ma bdiehx purament minħabba raġuni tattika u impostament tal-logħab u xejjen kull spekulazzjoni li ma bediex bih minħabba li allegazzjoni ta’ dixxiplina talli dan mar l-Ingilterra il-ġimgħa l-oħra.

Kumment fuq kull player dwar il-logħba Malta v Georgia

minn Sandro Micallef

Hekk kif għamilt wara l-aħħar logħba kontra l-Kroazja se nagħmel analiżi u kumment qasir fuq il-prestazzjoni ta’ kull player li lagħab kontra l-Georgia:

A.Hogg – Wara l-kritika li kellu minn dawk li mingħalihom jifhmu fejn qalawlu fuq face book eċċ, Hogg kien fundamentali u perfett f’dak kollu li għamel. Ta risposta lil kulħadd b’saves diffiċli. Minkejja li ħsibt li se jaqa’ down wara l-1-0 għamel dak li kellu jagħmel, qam għall-okażżjoni. Prosit Hogg.

J.Caruana – Kien attent u mmarka għaraq ma għaraq kul ħin. Qatt ma rriskja u kkonferma li hu wieħed mill-aqwa difensuri ċentrali f’Malta. Kien tajjeb anke fil-markament fis-set pieces tal-avversarji.

G.Sciberras – Reġa’ ġie impustat fil-midfield fejn iħossu iktar kumdu. Ħafa dirty work u litteralment magna ma waqafx jiġri u kisser ħafna pussess tal-avversarji. Ikklikja sew ma’ Hutchinson.

A.Agius – Deher evidenti li ma’ Caruana iħossu iktar komdu, kellu l-opportunita’ jerġa’ jitla jattakka darbtejn u darba minnhom f’azzjoni li beda hu b’daqqa ta’ ras tajba impenja lill-goalkeper avversarju. Reġa’ beda jsib il-forma wara tmiem staġun hekk u hekk ma Birkirkara.

R.Fenech – Beda ħażin bl-ewwel pass tal-partita itiħ lill-avversarji. Meta ssettja u beda jżommilna l-ballun kif meħtieġ weġġa b’tackle u kellu jinbidel fit-tieni taqsima. Sa dak il-ħin kien tajjeb.

D.Bogdanovic 60min - Kieku ma weġġax Fenech probabilment kien jidħol ftit iktar tard. Kellu azzjonijiet tajba darba minnhom b’xutt kuraġġuż minn barra l-kaxxa. Daħal l-ewwel bħala left midfield u wara avvanza ma’ Mifsud meta inqala’ Schembri.

R.Briffa – Din hi l-pożiżżjoni tiegħu man-Nazzjonali. Ilna nippruvaw players hemm imma Briffa man-Nazzjonal ir-right back position hija kexxun u mfassla għalih. Jiġri wara l-winger avversarju sal-goal line u jittakilja in extremis u xi ngħidu li dejjem jgħin u jitla anke fil-midfield u l-attakk. Buttigieg ibqa’ ilgħab lil Briffa hemm.

M.Mifsud - Makkak u aġli. Perfett u bravu fl-eżekuzzjoni tal-goal numru 30 ma’ Malta, wieħed mill-isbaħ goals tiegħu. Prosit talli ħadt lill-players isselmu lin-nies u prosit talli mort ma’ Mark Muscat waħdek taħt is-South End Core.

A.Cohen – Iċ-ċavetta ta’ dan id-draw. Lagħab aħjar iktar kemm beda jagħddi l-ħin. Baxxa l-livell għaliex spiċċalu l-ossiġinu fl-aħħar kwarta. Traskurat darba minnhom fi Free Kick favur tagħna fit-tieni taqsima fejn remieħ minflokk taħ fil-kaxxa.

I.Woods 90min. Lagħab ftit.

J.Hutchinson - Reġa’ kien tajjeb u kompla carbon copy fejn ħalla kontra l-Kroazja. Jipposjedi esperjenza tajba u għandu physique b’saħtu u baqa’ jrendi sat-tisfira finali. Kien inqas offensiv u kien moħħu ġustament li l-midfield qatt ma jkun f’inferjorita’ numerika għaliex żamm l-erba’ tan-nofs dejjem skjerati tajjeb miegħu.

A.Schembri – Ftit inqas strumentali mill-logħba ta’ Kontra l-Kroazja. Forsi id-daqqiet li qala’ bid-diversi fouls li rebaħ is-Sibt affetwaw ir-rendiment tiegħu. Kien tajjeb meta tlaqna bil-ballun bil-kontrattakk għaliex wieħed mill-aħjar li jaf jixxieldja l-ballun.

J.Pace 76min - Forza addizzjonali fil-midfield meta daħal. Ta’ spazju lil Bogdanovic biex javvanza. Għalkemm għandu kompetizzjoni diretta ma’ Hutchinson jaqbel ħafna miegħu meta jilgħabu flimkien.

C.Failla – Nażżarda ngħid ukoll li Buttigieg jista’ jħossu fortunat li sab żewġ difensuri laterali li apparti jafu jiddefendu jafu ma jitilfux il-ballun. Failla kien tajjeb. Ovvjament bħas-soltu iżomm xi ftit il-ballun iż-żejjed meta jkun issikat u jaqtgħlek nifsek, insomma inkella ma jkunx Failla ! Carlo Mamo għandu biċċa xogħol iebsa biex jerġa jsib postu.





1 Comment

  1. Prosit Sandro! Nahseb pero li Briffa li huwa tekniku hafna (ma tantx hawn bhalu) ghandu jilghab bhala right wing… b’dawk il-crosses u l-passes jista jkun iktar ta assistenza lil attakk malti. Right back ghandu jinghata ic-cans Steve Borg li ghalkemm ghadu zghazghuh huwa dejjem ikun konsistenti fuq dik il-linja.  Nahseb tandem on the right flank li ghad irridu naraw. 

    [Reply]

Leave a comment