Konfront interessanti bejn B’Kara u Mosta

Tuesday, September 17, 2013, 9:51

minn Stephen Azzopardi

Quddiem attendenza sabiħa fit-tieni logħba li kellna fil-Victor Tedesco Stedium fil- Hamrun, B’Kara għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 3-1. Fit-13 -il minuta frikik ta’ Edward Herrera, daqqa ta’ ras ta’ Matheus Bissi Da Silva l-ballun jaħbat mal-lasta l-mimduda u mill-istess azzjoni Shodija Haruna Shola laqat sieq il-lasta. Fis-17 -il minuta xutt perikoluz ta’ Haruna Shola għadda bi ftit barra. Żewġ minuti wara kellna l-ewwel karta lejn Diego Pereira ta’ Mosta għal simulazzjoni.

Fit-28 minuta frikik dirett minn distanza ta’ madwar 30 metru u Bissi Da Silva għeleb għal kollox lil Omar Borg. Wara nofs siegħa logħob din id-darba ġie ammonit Paul Fenech għal B’Kara. Ftit tal-ħin wara corner ta’ Yuri De Jesus Messias, l-ballun ġie għand Ryan Grech fejn qassam lil Ricardo Silva Faria bix-xutt baxx tiegħu li għadda barra. Għaxar minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Ryan Grech ġie ammonit għal Mosta.

Fil-45 minuta Mosta ġabu d-dro.  Kontarttakk Mosti permezz ta’ Jonas Rodriguez Ekani, qassam lil Silva Faria u dan ġab wahdu lil Kane Farrugia quddiem il-lasta li faċilment poġġa l-ballun fix-xibka. Fis-47 minuta xutt ta’ Messias li laqat sieq il-lasta. Fit-48 minuta Kurt Zammit gab lil Pereira waħdu li gie quddiem il-gowler Karkariż Justin Haber b’dan tal-aħħar joħodlu l-ballun minn saqajh. Fit-52 minuta minn corner ta’ Joseph Zerafa, Shodija Haruna Shola għeleb lil Omar Borg u poġġa lil B’Kara fil-vantaġġ. Fis-56 minuta kellna bidla għal Mosta meta Bojan Kaljevic ħa post Ricardo Silva Faria.

Fit-58 minuta ġie ammonit Bissi Da Silva ghal B’Kara. Fit-63 minuta.kellna bidla fuq kull naħa fejn Alexander Cini ħa post Ryan Grech għal Mosta u Jonnattan Benitez daħal minflok Paul Fenech għal B’Kara. Fil-81 minuta frikik għal B’Kara mgħoti minn Benitez u Borg jilqa megħjun mill-lasta mimduda u l-ballun jispiċċa barra. Ftit tal-mumenti wara Lukas Duriska qandel ballun lejn Kaljevic b’Justin Haber isalva parzalment, Manolito Micallef ta lil istess Kaljevic bix-xutt tiegħu li din id-darba għadda barra. Fit-88 minuta B’Kara wettqu bidla oħra meta Ryan Camenzuli ħa post Edward Herrera. Żewġ minuti wara B’Kara reġgħu għamlu bidla oħra meta daħal Frank Temile minflok Demba Toure. Fid-90 minuta wkoll kellna xutt ta Camenzuli li laqat il-lasta l-wieqfa, daħal Benitez u skurja l-gowl li li ssiġġilla r-rebħa Karkariża. Ftit sekodi qabel it-tisfira finali Mosta ħadu l-aħħar ċans meta Kaljevic mill-viċin laqat il-lasta l-mimduda.





Leave a comment