Konfront doppju ghaz-zghazagh Maltin

Wednesday, September 4, 2013, 10:32

Minn Robert Busutill

Il-kowc tat-tim nazzjonali Malti ta’ taht il-21 sena, Ray Zazu Farrugia,  sejjah skwadra ta’ 18 –il plejer ghall-konfront doppju li ghandu t-tim tieghu kontra t-Turkija u l-Grecja, kollha loghbiet li se jintlaghbu barra minn xtutna. Dawn il-loghbiet jaghmlu parti mill-Kompetizzjoni tal-UEFA ghat-timijiet nazzjonali ta’ taht il-21 sena. 

 

Fil-fatt, iz-zghazagh Maltin se jilaghbu  l-ewwel loghba taghhom nhar il-Hamis li gej fl-Istejdjum Kasimpasa Recep Tayyib Erdogan,  f’ Istanbul  kontra t-Turkija fis-7pm (hin lokali) filwaqt illi nhar it-Tlieta 10 ta’ Settembru jerhulha lejn il-Grecja fejn se jilaghbu fl-Istejdjum Municipal ta’ Peristeri fejn kontra l-Griegi, f’loghba li tibda fis-6.30pm.

 

Il-plejers imsejha huma

Goalkeepers: Yenz Cini (Valletta), Jurgen Borg (Hibs)

Difensuri: Sacha Borg (Floriana), Ryan Camenzuli (B’Kara), Louis Cutajar (Naxxar), Christian Grech (Pieta), Zach Muscat (B’Kara), Matthew Tabone (Hibs).

Midfielders: Johann Bezzina (Hibs), Clyde Borg (Floriana), Brooke Farrugia (Floriana), Bjorn Kristensen (Hibs), Ryan Scicluna (B’Kara).

Attakkanti: Darren Falzon (Naxxar), Jean Paul Farrugia (Hibs), Lydon Micallef (Balzan), Stephen Pisani (Floriana)





Leave a comment