Konferma minn Floriana FC li Said mhux se jerġa’ jikkontesta għall-President

Saturday, May 19, 2012, 13:56

Il-President Johann Said jikkonferma b’mod uffiċjali li mhux se jerga jikkontesta ghall-kumitat ta’ Floriana FC. Bl-istess mod mhux se jerġgħu jikkontestaw ukoll il-maġġoranza assoluta tal-membri tal-kumitat attwali. Din hija deċiżjoni finali li mhux se terġa’ tiġi kkunsidrata.

Ricentament zviluppat sitwazzjoni fejn il-kumitat eżekuttiv ma setax jibqa għaddej fid-direzzjoni li qabad fl-ahhar sentejn. Il-kummenti dispreggativi, kritika kontinwa u inezattezzi totali li dan il-kumitat iffaċċja min-nies qrib il-klabb wasslu biex il-President Johann Said u l-maġġoranza assoluta tal-membri tal-kumitat attwali jieħu d-deċizjoni li jagħmlu spazju għal min jemmen li jista’ jmexxi lil Floriana FC b’mod aħjar.

Minkejja kull diffikultà li kien hemm fil-klabb, u kull diffikultà li jġib mieghu l-football Malti, is-sentejn li għaddew iħallu warajhom memorja mill-isbah għall-Furjanizi li, wara assenza ta’ 17-il sena, gawdew l-unur tal-FA Trophy u, għal darbtejn konsekuttivi, kwalifikazzjoni għall-kompetizzjonijiet tal-UEFA.

Illum Floriana FC għandha skwadra kompetittiva, bi players kollha propjeta tal-klabb.

Floriana FC ghandha il-kazin taghha li, bl-ghajnuna ta’ kumitati preċedenti u awtoritajiet governattivi, llum jilqa fih mhux biss il-mijiet ta’ unuri li rebah il-klabb tul is-snin imma wkoll il-post fejn isiru laqghat tal-istrutturi differenti tal-klabb, inkluz rally qabel kull loghba biex il-partitarji jzommu kuntatt dirett ma’ dak kollu li jkun ghaddej fil-klabb taghhom.

Floriana FC ghandha wkoll proġett ambizzjuz għaddej li, bl-għajnuna tal-MFA, se jirriżulta f’kumpless sportiv fix-Xagħra tal-Floriana.

Il-kumitat attwali jassigura lill-membri kollha tal-klabb li se jibqa jerfa r-responsabbilita tieghu sal-laqgha generali annwali li se ssir fl-10 ta’ Gunju li ġej. Il-President Johann Said qed izomm kuntatt dirett mal-iskwadra biex ikun kollox ippreparat ghal bidu tal-preseason bi preparazzjoni għall-loghob tal-UEFA. Wara, l-klabb ikollu tmexxija gdida ghall-istagun li jmiss bit-tama li t-tim jibqa fost il-forzi ewlenin tal-football Malti.

Nieħdu din l-opportunita biex nirringrazzjaw lil dawk il-Furjaniżi li, fl-aħħar sentejn, taw għajnuna ġenwina lill-kumitat. Grazzi wkoll lill-players u kowċis kollha li ħadmu magħna għaliex huma kienu l-aktar parti integrali tas-suċċess.

 





6 Comments

  1. gii says:

    tridu tparlaw u tpecclaq  int denzay fuqsaid…………..jajdfuq kulhadd ankedawk it 3primadonna li humamijaw jajdfuqom  min warajhom…….naf xjien najd……….hadd majahdem mijaw said……….tijawbisstajjeb………..u amel sew pawlu in naghga li ma firmax iva. issa jridom tijaw uilflus??? muxkulhaddjaf jamel hekk jislef ilfluslil club??/ dak verakummidjant………………..staqsu li doffo……………………………

    [Reply]

  2. denzaj says:

    Btw GRAZZI MILL-QALB JOHANN IL-BIEB DEJJEM MIFTUH GHALIK, TIBQA F’QALB IL-FURJANIZI VERU GHAL-DEJJEM! :)

    [Reply]

  3. denzaj says:

    Mela…..@Prime l-”Attention Seeker” kif sejjahtlu int kien kapaci li jghamel dak li m’ghamilx haddiehor fi 17 il-sena jghamlu f’ inqas minn 11 il-xahar….u mhux talli gab it-trophy imma talli sentejn wara xulxin bis-sahha tieghu ul-kumitat tieghu ha nkunu kkwalifikajna ghall-Ewropa wkoll………..Nippreferi jkollna “Attention Seeker” li jzomm kuntatt mal-membri tieghu minn gimgha ghall-gimgha u jghidilhom b’dak kollu li qed jigri fi hdan klabb kbir bhal Floriana.FC u nimxu l-quddiem milli President ma tarah qatt u jitfek fid-dlam ghall-17 il-sena shah terturi biss!!

    U @Bugeja Brincat mhux ma rrangax maghna imma il-president flimkien mal-kumitat li mhumiex behsiebhom jergghu jitfghu n-nomina kienu responsabbli bizzejjed biex ma jitfghux certu piz fuq minn jiehu over….forsi minn jiehu over ma jixtieqx lill dak coach……..issa jekk min jigi jkun jixtieq lilu jiddiljaw mieghu huma ghax l-affarijiet hekk imorru mhux kif ipecilqu 4 pcielaq fil-vojt hawnhekk!!!!!!!!

    [Reply]

    @ danzaj Reply:

    Johann is an attention seeler and everyone knows that. How many players has he changed in a season ? and how many times does he resign in a season. God save Malta football.Johann has nothing to do in football. He should just concentrate on his circus. That will help him.

    [Reply]

  4. Prime says:

    Attention seeker as usual. Johan always want attention. A president who resigns every ´time. No one knows when he will decide to resign as most players always have to sit on a bomb shell. No new news in this.

    [Reply]

  5. Bugeja says:

    Ahjar jahtru coach ghax smajt li anke Brincat ma rangax mal greens!

    [Reply]

Leave a comment