Komunikat mill-UEFA lill-MFA

Saturday, June 2, 2012, 14:16


Il-Malta Football Association tavża li rċiviet komunikat mill-Uffiċju tad-Dixxipplina tal-UEFA li l-Bord tal-Kontroll u d-Dixxipplina tal-UEFA (CDB), iltaqa’ l-Ħamis 31 ta’ Mejju 2012 f’Nyon, u ġie deċiż li l-każ dwar l-allegat korruzzjoni fil-logħba Norveġja vs Malta, ikun differit għal-laqgħa li jmiss.

Il-UEFA tħabbar li d-deċizjoni finali dwar dan il-każ għada ma ttiħditx minħabba li l-investigazzjonijiet għadhom mhux konklużi.

F’dan l-istadju, il-Malta Football Association, m’għandiex aktar x’iżid ħlief li tkompli tafda dawn l-investigazzjonijiet relatati ma’ dan il-każ f’idejn l-awtoritajiet kompetenti tal-UEFA.

 

 





2 Comments

  1. MARIO CASSAR says:

    KEMM GEJJA FIT TUL DIN TA MALTA NORVEGJA,EJJA QUMU MINN HEMM MFA HALLI INKUNU NAFU IL VERITA,JEW QED TAHDMU BIEX TAHBU XI VERITAJIET?????????????????????????

    [Reply]

  2. Gahan says:

    Sandro hemm xi hjiel fix waslu l kazi ta korruzzjoni li gew irrapurtati f xi gazzetti lokali fosthom il loghba Mqabba vs Mosta? Grazzi

    [Reply]

Leave a comment