Kompetizzjoni anwali ghall-klabbs

Sunday, July 28, 2013, 11:25

Matul il- jum tal-Ħadd li għadda fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting organnizzat il-kompetizzjoni anwali ghall-Klabbs. F`din il-kompetizzjoni ħadu sehem tletin atleta minn hames klabbs differenti fejn il-kompetizzjoni intebhet mic-Centru tal- Cottonera segwit min Starmax, Heavy Lightweights Mcast Naxxar u Noble klabb. Ta’min jgħid li f’din il-kompetizzjoni kien hemm konkorrenza qawwija ta’ atleti govanili u kif ukoll femminili.

Il-kompetizzjoni fetħet bil-kategorija tal-Kadetti fejn l-atleti li ppartecipaw taw prestazzjoni tajba billi esebixxew l-attentati tagħhom b’teknika tajba. Fil-fatt din kienet l-ewwel kompetizzjoni għal bosta atleti zagħar bħal Matthew Grech, Andy Grech u Kirstin Scerri u ohrajn.

Fit-tieni kompetizzjoni ħadu sehem it-8 atleti femminili fejn ukoll taw prestazzjoni tajba u kisbu rizultati sodisfaċenti. Din il parti tal-kompetizzjoni kienet iddominata mil-club Starmax li wkoll ta opportunita` lil ħafna atleti li jikkompetu għall-ewwel darba f’kompetizzjoni ta’ danil-livell. Ma dan kollu il-preżenza tal-atleti stabbiliti femminili ma naqsietx. Ivana Micallef u Nicole Gatt għalqu l-kompetizzjoni tagħhom b’total  90kg u 107kg rispettivament. Nicole Gatt li għada kemm irritornat minn kompetizzjoni internazzjonali kellha prestazzjoni tajba li se tkompli tgħina biex ittejjeb il-livell sabiex finalment is-sena d-dieħla tirrappreżenta lil Malta f’din id-dixxiplinafl-Olimpijadi għaż-żgħażagħ ġewwa Nanjing fic-Cina.

Fit-tielet u l-aħħar kompetizzjoni rajna fl-azzjoni wħud mill-aqwa weightlifters Maltin preżenti fix-xena lokali flimkien ma’ atleti oħrajn li għandhom potenzjal tajjeb. F’din il-kompetizzjoni bosta atleti irnexxielhom itejbu ir-riżultati preċidenti tagħhom, fil-waqt li nkisru wkoll 7 rekords nazzjonali. Malcolm Camilleri, permezz tat-total 101kg irnexxielu jikser 5 rekords nazzjonali fil-kategorija 50kg fis-sezzjoni Youth. F’din il-kompetizzjoni kien hemm ukoll riżultati tajbin ħafna minn atleti bħal Joran Farrugia, Ryan Agius, Jovan Relijc u Martin Pisani. L-aħħar atleta li niżel fix-xena f’din il-kompetizzjoni kien Rodmar Pulis li rnexxielu jagħti prestazzjoni mill-aqwa wara anke esperjenzi internazzjonali li irnexielu jikseb . Matul il-ġimgħa li għaddiet Pulis kien għadu kemm irritorna minn Kazan,ir-Russja,fejn fil- Universiade (LogħobUniversitarju) rnexxielu jikseb il-20 post minn fost 29 atleta u kif ukoll kiser 2 rekords nazzjonali fil-kategorija 77kg b’total ta’ 233kg. F’din il-kompetizzjoni hu rebaħ lil atleti mill-Amerika u l-Ġermanja fost oħrajn. Fil-kompetizzjoni tal-Ħadd li għadda Pulis għamel it-total ta’ 241kg u għaldaqstant kiser żewġ records nazzjonali, din id-darba fil-kategorija 85kg. Bir-refgħat ta’ 105kg fl-Isnatch u 136kg fil-Clean & Jerk hurnexxielu jikser ir-rekord tal-C&J u t-total li kienu ilhomim waqfin mil-1999 minn atleta li rrappreżentana fil-logħob tal-Commonwealth f’ Manchester.  Fil-fatt fix-xhur li ġejjin Pulis flimkien ma’ atleti oħrajn bħal Matthew Muscat Inglott u Jovan Relijc se jibdew il-preparamenti tagħhom biex jikwalifikaw għall-edizzjoni li jmiss ta’ dawn il-logħob li ser isiru ġewwa Glasgow, l-Iskozzja.





Leave a comment