Kollox miftuħ għall-ħames partita

Monday, April 29, 2019, 16:48

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa – FINALI

minn Colin Schembri

Starlites GIG 57

Hibernians 63

(11-9)(8-8)(14-11)(18-23)(6-12)

Il-kampjonat Mapfre MSV Life tan-nisa se jkun deċiż fil-ħames u l-aħħar partita hekk kif ic-champions renjanti Hibernians ħadu rebħa fir-raba’ konfront u reġgħu ippareġjaw is-serje fuq skor ta’ 2-2. Il-partita dehret sejra fid-direzzjoni ta’ Starlites però three pointer ta’ Sophie Abela salva r-riżultat għal Hibs li sfurzaw il-ħin barrani u ħadu r-rebħa. Quddiem attendenza mill-aqwa, l-partita kellha bidu kwiet bil-Hibs jagħmlu run ta’ 9-3 bil-baskets ta’ Elena Cassar, Amelia Simmons u trippla ta’ Sam Brincat. Wara time-out tal-coach David Baudot, Starlites irkupraw u kienu huma li għamlu run ta’ 8-0 b’żewġ trippli minn Kirsty Galea biex ħadu l-vantaġġ 11-9 u hekk intemmet l-ewwel sessjoni. Fit-tieni perjodu reġgħu kienu Hibs li marru fuq quddiem b’punti minn Brincat, Cassar u Simmons. Starlites kellhom risposta permezz ta’ Geocelis Reynoso, Patricia Arguello u Josephine Grima u rnexxielhom jagħqqdu break qasir ta’ 6-0 li però kien biżżejjed għalijhom biex jidħlu jistrieħu basket minn fuq 19-17.

Wara l-intervall kienu Hibs li fetħu bi trippla ta’ Leanne Duncan però hawn Starlites għamlu

Ritratt: Wally Galea

run ta’ 10-2 bejn Maria Bonett, Grima u Reynoso u marru sebgħa minn fuq 29-22. Ic-champions ma ċedewx punti tal-captain Cassar fosthom three pointer rawhom jaslu sa’ punt ‘l bogħod 28-29 qabel ma trippla ta’ Christina Curmi għalqet is-sessjoni favur Starlites fuq skor ta’ 33-28. Fl-aħħar taqsima Hibs marru fuq quddiem wara li bdew bi tmien punti mingħajr risposta. Starlites waqqfuhom bi trippla ta’ Galea u oħra ta’ Arguello biex reġgħu marru fuq quddiem iżda Ema Micallef ukoll għamlet three pointer biex ħalliet lil Hibs minn fuq 41-39. Hawn Starlites dehru li se jagħmlu r-run deċisiva hekk kif għamlu tmien punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Arguello u marru sitta minn fuq 47-41. Hibs pero kisbu 5 punti mmedjatament wara minn Simmons u trippla ta’ Brincat però baskets minn Arguello u Grima ħallew lil Starlites 3 minn fuq sal-aħħar attakk. Hawn wasal it-three pointer ta’ Abela li salva l-partita għac-champions u sfurza l-ħin barrani fuq skor ta’ 51-51. Starlites dehru demoraliżżati u Hibs fetħu l-ħin barrani b’ħames punti ta’ Brincat bi Starlites ma jagħmlux punt fl-ewwel żewġ minuti. Finalment huma kellhom risposta permezz ta’ Arguello u Bonett però Hibs żammew kalmi u kellhom il-freethrows finali ta’ Simmons u Duncan li rawhom jieħdu r-rebħa fuq skor ta’ 63-57 u jħallu kollox għall-aħħar logħba. Din ser issir nhar Il-Ħadd 5 ta’ Mejju.

Starlites: M. Zammit Cordina, K. Galea 14, M. Riolo, S. Farrugia, M. Bonett 9, G. Reynoso 8, C. Curmi 5, J. Grima 6, P. Arguello 15, H. Acreman, S. Davies, A. Lupo.

 

Hibs: E. Micallef 3, E. Cassar 9, K. Calleja, S. Brincat 19, I. Agius, J. Abela, S. Abela 8, A. Simmons 17, N. Farrugia, H. Al Tumi, K. Caruana, L. Duncan 7.

Referees: Daniella Torok, Ivica Simic, Zvezdan Dobrosaviljevic

Il-ħames partita: Il-Ħadd 5 ta’ Mejju – 14:30





Leave a comment