Kollox lest għall-play-offs
Tuesday, March 22, 2016, 21:57KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI
minn Colin Schembri
L-aħħar żewġ partiti ma kellhom l-ebda mportanza għall-klassifika finali hekk kif kollox kien deċiż. Il-play-offs jibdew L-Erbgħa 23 ta’ Marzu b’dawn il-partiti:
18:15 – Starlites Naxxar vs Frank Salt Phoenix
20:00 – Mellieħa Mr. Green vs Gżira Athleta
Mellieħa Mr. Green 75
Gżira Athleta 53
(20-13)(23-8)(18-10)(14-22)
Mellieħa Mr. Green temmew l-impenji tagħhom fl-ewwel fażi b’rebħa fuq Athleta u issa jiltaqgħu mal-istess avversarji fis-semifinali tal-play-offs. Mellieħa, li nkludew għall-ewwel darba dan l-istaġun lil Rihards Polis lejliet il-play-offs, temmew l-ewwel sessjoni 20-13 minn fuq fejn iż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti tagħhom. Fit-tieni sessjoni kien hemm runs ta’ 13-2 u 10-2 minn Mellieħa biex daħlu jistrieħu 43-21 minn fuq. Mellieħa komplew bil-mument posittiv anke fit-tielet sessjoni fejn reġa’ kellhom run ta’ 11-2 biex fetħu vantaġġ ta’ 30 punt 61-31. Kien biss fl-aħħar sessjoni li Athleta naqqsu d-distakk meta kellhom run ta’ 18-2 però l-vantaġġ ta’ Mellieħa kien biżżejjed għalijhom biex jieħdu r-rebħa 75-53.
Mellieħa Mr. Green: M. Farrugia 13, S. Sammut 27, I. Terribile 12, R. Loporto 4, R. Polis 10, D. Miani 1, E. Lupo 4, B. Soler 4, P. Magro.
Gżira Athleta: F. Mifsud Bonnici 14, A. Baldacchino 8, E. Schiappati, L. Stefanovic 8, M. Gauchi Montaldo 8, J, Symmons 2, M. Gouder 11, S. Vincic 2, M. Cilia.
Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani.
St. Nicholas Suns 67
Starlites Naxxar 89
(17-26)(21-23)(13-18)(16-21)
Il-leaders Starlites Naxxar temmew l-ewwel fażi b’rebħa fuq St. Nicholas Suns 89-67 u issa jiltaqgħu kontra Phoenix Frank Salt fis-semi-finali. Din kienet l-aħħar partita għall-veteran Michael Barberi wara karriera mill-isbaħ u fi tmiem il-partita ingħata tislima mill-avversarji u anke mill-uffiċjali. Intant, Starlites fetħu tajjeb u fl-ewwel sessjoni kellhom runs ta’ 11-2 u 8-0 għal skor ta’ 26-17. Fit-tieni perjodu kien hemm risposta minn Suns però run oħra ta’ 13-0 minn Starlites rathom jidħlu jistrieħu 50-38 minn fuq. Fit-tielet taqsima għal diversi drabi ż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin bi three pointers fuq kull naħa biex Starlites kienu għadhom 68-51 minn fuq. Il-coach Alfred Mifsud ta’ ħin lil players kollha li wkoll irnexxielhom iniżżlu isimhom fost l-iskorers hemm kif huma għamlu run ta’ 13-4 biex rebħu l-partita 89-67.
St. Nicholas Suns: G. Cutajar 3, S. Borg 2, H. Agius 17, M. Barberi 12, JP Antoncic 6, R. Alosco 15, R. Camilleri 2, I. Marjanovic 10.
Starlites: A. Schembri 11, Q. Bugeja 2, L. Vella 2, M. Azzopardi 3, C. Schembri 2, M. Falzon 3, A. Felice Pace 16, I. Mitrovic 29, O. Psaila 5, A. Cutajar 2, T. Grech 14.
Referees: Alfred Carbonaro, Christine Farrugia.
Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni FINALI |
||||||
Team | Logħob | Rebħ | Telf | Punti | Favur | Kontra |
Starlites |
12 |
11 |
1 |
23 |
914 |
799 |
Mellieħa Mr. Green |
12 |
8 |
4 |
20 |
808 |
702 |
Athleta |
12 |
6 |
6 |
18 |
732 |
756 |
Phoenix Frank Salt |
12 |
4 |
8 |
16 |
674 |
732 |
St. Nicholas Suns |
12 |
1 |
11 |
13 |
642 |
781 |
