Kollox lest għall-istaġun il-ġdid

Friday, October 1, 2010, 13:00

minn Colin Schembri

Wara s-suċċess fl-ewwel edizzjoni tal-Malta Basketball Awards, kollox huwa lest biex il-Ġimgħa l-1 t’Ottubru jitla’ s-siparju għall-istaġun 2010/2011. Ngħidu kollox huwa lest f’dak li huma timijiet, għaliex ix-xogħol fuq il-padiljun għadu għaddej u wieħed jittama li ma jkunx hemm inkonvenjent għall-players waqt il-partiti.

Intant f’dak li huma trasferimenti  is-sajf li għadda ukoll kien movimentat mhux ħażin. Iċ-champions Siggiewi Derby mill-ġdid taħt il-gwida ta’ Peter Farrugia li ġie kkonfermat bħala coach wara s-suċċessi tal-istaġun li għadda ħadu lil Alan Borg minngħand Luxol u lil Nigel Sultana minngħand Loyola. L-istess Loyola pattew għal dan it-tluq ta’ Sultana billi ħadu lil Alex Tabone minngħand Siggiewi. Loyola dan l-istaġun taħt l-isem ta’ Tata Motors Loyola se jkomplu jibbażaw fuq iż-żgħażagħ taħt il-gwida tal-coach Alfred Mifsud li se jerġa’ jirritorna fil-basketball wara assenza ta xi xhur. Huma tilfu wkoll lil Kristen Baldacchino li inagħqad mal-finalisti tal-istaġun li għadda A to Z Electronics Athleta. Dan ma kienx l-uniku akkwist taghom hekk kif huma akkwistaw ukoll il-firma tal-aħwa Steve u Dirk Schembri. Għal tal-ewwel din mhux l-ewwel esperjenza ma’ Athleta pero’ għal Dirk se tkun l-ewwel esperjenza ma’ Joe Galea li wkoll ġie kkonfermat bhala coach. Luxol se jibbażaw fuq żagħżagħ li għal dawn l-aħħar snin kienu ta’ potenzjal qawwi fil-kategoriji ż-żgħar. Dan kollu flimkien mal-esperjenza tal-captain Robert Azzopardi, Marco Mercieca u Jean Paul Bonnici li għal darb’oħra se jilbsu l-flokk vjola. Luxol mill-ġdid taħt it-tmexxija tal-coach John Tabone ħadu wkoll lil Antoine Costa fost l-oħrajn u se jkollhom ritorni mportanti. Depiro għall darb’oħra taħt it-tmexxija ta’ Ray Muscat se jkompli jibbażaw fuq il-players tal-istaġun li għadda li wassluhom sal-finali tal-Bank of Valletta Knock-Out bl-eċċezjoni ta’ Marco Arsovski. Intant l-istaġun se jiftah bill-kbir hekk kif nhar is-Sibt jiltaqgħu kontra xulxin il-finalisti tal-kampjonat tal-istaġun li għadda Athleta kontra Siggiewi fl-ewwel partita mid-Detur Shield tal-Ewwel Divizjoni tal-irġiel. Il-Hadd imbagħad Tata Motors jiltaqgħu kontra Luxol.

Fid-diviżjoni tan-nisa apparti l-introduzzjoni ta’ team ġdid Ġuże Pinar Imtarfa, ftit li xejn sar tibdil fit-timijiet fejn iċ-champions Hibs Medsea żammew il-players kollha li l-istaġun li għadda wassluhom għar-rebħ tal-ħames kampjonat konsekuttiv. Wieħed mill-iktar trasferimenti mportanti li sar hu dak ta’ Kelly Busuttil li issa inagħqdet mal-ex coach tagħha Charles Bonnici ma’ Athleta. Hawn il-logħob se jibda fl-ewwel t’Ottubru bil-partita bejn Luxol u St.Andrews u wara jilgħabu Ġuże Pinar Imtarfa kontra Loyola Alyssa Ashley.  Fit-Tieni diviżjoni tal-irġiel se jkun hemm seba’ timijiet wara li Qormi xoljew it-team tal-kbar tagħhom. Hawn ukoll kient hawn ftit tibdil biċ-champions Siggiewi jakkwistaw lil Ian Terribile, Noel Falzon u Roderick Mifsud fost l-oħrajn. Floriana ħadu lil Sassoun Saakian fil-waqt li Samuel Aquilina inagħqad ma’ Athleta. L-ewwel partita minn din id-divizjoni se tintlagħab nhar il-Hadd li ġej bejn Mellieħa Tritones u Vida Siggiewi.

Intant dan is-sit sportinmalta.com se jżomm lid-dilettanti aġġornati bir-rapporti tal-loghob minn dawn it-tlett diviżjonijiet u statistika totali tal-partiti. Se jerġa jittella wkoll il-programm televiziv tal-basketball 3 pointer mill-ġdid bi produzzjoni u prezentazzjoni ta Colin Schembri u Willie Vassallo, filmati ta’ Joseph Formosa u muntaġġ ta’ Robert Portelli. Għall-ewwel darba dan il-programm se jintwera fuq tlett stazzjonijiet: nhar ta’ Tlieta fi 20.30 fuq Education 22, l-Erbgha fil-17.30 fuq TVM u l-Erbgha wkoll fis-19.30 fuq Malta Stars.





2 Comments

  1. SportsFan says:

    Sur Farrugia
    Kieku din l-energija negattiva li ghandek tipprova tuza naqra minnha biex tirranga xi haga minn dak kollu li tikkummenta fuqu tghidx kemm taghmel gid. Nghiduha kif inhi int mint xejn hlief “maltese gem gem” ghax lanqas jekk taghmillek l -ilma jizfen, ghax ukoll issib xi tghid.
    Hallini Sur Edmund Farrugia…………………zmien l-iskaduti ghadda.

    [Reply]

  2. Edmund Farrugia says:

    KOLLOX LEST is a wee bit off the mark as looking at the state of where the new dressing rooms were to be built DURING THE SUMMER MONTHS looks more a sight out of Baghdad!!!!

    [Reply]

Leave a comment