Kollox lest għaċ-championship pool

Thursday, April 7, 2011, 0:06
Luxol vs Loyola

Luxol vs Loyola

minn Colin Schembri

KAMPJONAT NISA’

Athleta 30

McDonalds Depiro 60

(8-15)(10-11)(3-22)(9-12)

McDonalds Depiro ħallew għal wara l-mistrieħ biex aċċertaw ruħhom mit-tlettax il-rebħa tal-kampjonat 60-30 fuq Athleta biex għamlu double fuq l-istess avversarji. Depiro kellhom nieqsa lil Kaila Agius u players żagħżagħ impenjati fl-istudji tagħhom fil-waqt li Athleta kienu mingħajr Leanne Sciberras u Francesca Farrugia. Depiro marru 10-5 minn fuq bi three pointers ta’ Greta Zarb u Sarah Pace. Athleta wieġbu bil-baskets ta’ Dorien Jager pero’ trippla oħra ta’ Pace għalqet l-ewwel sessjoni bid-Depiro fuq quddiem 15-8. It-tieni sessjoni kienet iktar bilanċjata u Athleta rnexxielhom inaqqsu d-distakk għal 4 punti 18-22. Lejn it-tmiem kien hemm baskets ta’ Zarb u Edwina Vella għal skor ta’ 26-18 fil-halftime.

Depiro bdew it-tielet sessjoni b’run ta’ 13-0 biex fetħu vantaġġ ta’ 21 punt 39-18. Athleta wieġbu bil-punti ta’ Chantelle Mifsud pero’ iktar trippli minn Zarb u Andrea Mifsud kabbru l-vantaġġ ta’ Depiro 48-21. Fl-aħħar sessjoni l-logħob kien iktar maqsum b’Mifsud u Pace jibqgħu jagħmlu l-punti ta’ Depiro b’Dana McKeon tagħmel trippla għall-Athleta. Basket ta’ Zarb għalaq il-partita għal Depiro fuq skor ta’ 60-30.

Athleta: D.Jager 8, L. Calleja 1, R. Sciberras, M. Azzopardi Duca 5, G, Muscat, D. McKeon 6, K. Busuttil 5, C. Mifsud 5.

McDonalds Depiro: S. Pace 10, G. Zarb 22, A. Mifsud 10, F. Biancho 5, J. Busuttil Gaerty 5, A. Borg 4, E. Vella 2, S. Micallef 2.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.

Starlites Sports Experience 52
St. Andrews 39
(13-15)(8-9)(12-6)(19-9)

Din kienet l-aħħar partita għal dawn iż-żewġ timijiet u Starlites Sports Experience temmew bil-kbir hekk kif grazzi għar-rebħa 52-39 qabżu lill-istess St. Andrews fil-klassifika. St. Andrews ħadu l-ewwel vantaġġ u wara erba’ minuti kienu 5-2 minn fuq. Huma kabbru l-vantaġġ 11-3 qabel ma Starlites għamlu run ta’ 10-0 biex marru fuq quddiem 13-11. Is-Saints reġgħu ħadu l-vantaġġ b’baskets ta’ Madeiline De Martino u Justine Mangion 15-13. It-tieni perjodu kien nieqes mil-puntiu Starlites kellhom jistennew sas-seba’ minuta biex marru fuq quddiem wara baskets ta’ Ariana Grixti u Marylou Cutajar 21-19. Basket u trippla eżatt mal-horn minn Josette Calleja reġgħu poġġew lil St. Andrews fuq quddiem fil-halftime 24-21.

Fit-tielet perjodu St. Andrews saħħew il-vantaġġ wara żewġ baskets ta’ Mangion 28-23. Hawn pero’ Starlites għamlu run ta’ 10-2 biex dawwru l-iskor 33-30. Fl-aħħar perjodu Starlites baqgħu juru l-aħjar logħob u mħeġġa mil-coach tagħhom Tino Riolo fetħu vantaġġ ta’ 6 punti 40-34. Sa nofs is-sessjoni l-vantaġġ tagħhom kiber għal 8 punti 46-38 u huma għalqu l-logħba b’run oħra ta’ 6-1 biex temmew l-istaġun fuq nota posittiva.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, C. Riolo 5, A. Grixti 12, S. Tabone 17, L. Pisani, C. Spiteri 2, L. Pirotta, M.C. Cilia, C. Scicluna , M. Cutajar 12.

St. Andrews: R. De Martino 1, N. Cassar 3, K. Portelli 3, J. Calleja 10, N. Scicluna, R. Magro 4, R. Zammit, J. Mangion 10, T. De Martino, I. Galea, M. De Martino 8.

Referees: Clive Terribile, Luke Camilleri.

Guzelpinar Imtarfa 17

Hibs Medsea 90
(3-27)(2-26)(4-23)(8-14)

Kif mistenni c-champions Hibs Medsea ma sabux diffikulta biex jegħlbu lil Guzelpinar Imtarfa 90-17. Hibs kellhom lil Nadia Arrigo u Alexis Darmanin nieqsa u Mtarfa kieni mingħajr Carina Gauchi Meilak. Hibs fetħu tajjeb b’run ta’ 8-0 qabel ma Gabu Mifsud għamlet l-ewwel basket ta’ Mtarfa. Hibs għamlu break ieħor ta’ 10-0 b’diversi punti ta’ Joselle Cardona u wara freethrow ta’ Rachel Sammut għal Imtarfa, reġgħu kienu Hibs li għalqu l-perjodu b’run ta’ 9-0 għal skor ta’ 27-3. Id-dominju tac-champions baqa’ evidenti fit-tieni perjodu minkejja li l-coach Winnie Buhagiar biddlet tlett players. Huma għamlu break qawwi ta’ 24-0 b’Doreen Micallef u Maria Desira jagħmlu ħafna punti. Mtarfa waqqfu din ir-run bil-freethrows ta’ Nicola Said qabel ma Kirsten Baldacchino għamlet l-aħħar basket għal Hibs qabel il-halftime għal skor ta’ 53-5.

Wara l-mistrieħ Hibs komplew iżidu l-vantaġġ tagħhom b’run ta’ 10-0 li għalquha bi trippli ta’ Lucienne Bezzina u Francesca Tabone. F’nofs is-sessjoni Mtarfa wieġbu bil-freethrows ta’ Martha Abela qabel ma Hibs għalqu l-perjodu b’run ta’ 13-0 li bdewha bi trippla ta’ Elena Cassar. Fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni Mtarfa kellhom l-aħjar mument tagħhom fil-logħba meta bdew bi break ta’ 8-0 bi trippli ta’ Nicola Said u Mifsud. Ir-reazzjoni ta’ Hibs issarfet fi break ta’ 14-0 li għalquh bi trippla rari ta’ Desira u oħra ta’ Baldacchino u ħarġu rebbieħa 90-17.

Guzelpinar Imtarfa: M. Abela 4, M. Azzopardi, M. Agius, R. Sammut 1, N. Said 7, F. Borg, M. Scicluna, G. Mifsud 5.

Hibs Medsea: E. Cassar 9, M. Zammit 2, L. Bezzina 9, F. Tabone 6, M. Desira 24, D. Micallef 13, K. Baldacchino 6, J. Cardona 21.

Referees: Emanuel Mangani, Robert Darmanin

Luxol 86

Alyssa Ashley Loyola 38

(20-11)(23-10)(11-10)(32-7)

Luxol temmew l-ewwel fażi b’rebħa komda fuq Alyssa Ashley Loyola 86-38 biex issa jibdew ic-championship pool fit-tieni post. Luxol kienu mingħajr Becky Naudi u Louisa Serge u Loyola kellhom nieqsa lil Fiona Schembri u Martha Gatt. Luxol ħadu vantaġġ bi trippla ta’ Steffi De Martino pero’ Loyola dawwru l-iskor wara baskets’ ta’ Denise Said Hollier. Luxol għamlu run ta’ 13-3 biex fi tmiem l-ewwel sessjoni fetħu vantaġġ ta’ 9 punti 20-11. Fit-tieni sessjoni Luxol kabbru l-vantaġġ bil-punti ta’ Emma Grech u trippla ta’ Beverlee Zammit poġġiethom 34-21 minn fuq. Qabel il-mistrieħ Luxol għamlu run oħra ta’ 9-0 u daħlu jistrieħu 43-21 fuq quddiem.

It-tielet sessjoni kienet xi ftit nieqsa mil-punti u wara li Loyola fetħu bi trippla ta’ Jean Doughty, De Martino wieġbet għal Luxol. Doughty għamlet trippla oħra qabel ma Luxol għalqu l-perjodu bi break ta’ 5-0 għal skor ta’ 54-31. L-aħħar perjodu kien nettament f’idejn il-Luxol speċjalment b’run ta’ 20-2 inklużi trippli ta’ Paula Ellul. Wara li Doughty waqqfitilhom din ir-run, Luxol għalqu bi break ta’ 7-0 għal skor finali ta’ 86-38.

Luxol: E. Moore 11, M. Sciortino 6, S. De Martino 19, P. Ellul 10, D. Muscat 20, E. Grech 12, B. Zammit 8.

Alyssa Ashley Loyola: J. Doughty 14, E. Falzon 4. D. Said Hollier 4, R. Spiteri 8, A. Bonanno 4, P. Montanaro, F. Camilleri, S.J. Barbara 2, K. Gouder 2.

Referees: Gordon Barbara, Jennifer Mangani

Klassifika Kampjonat Nisa
Team Logħob Rebħ Telf Punti
McDonalds Depiro 14 13 1 27
Luxol 14 12 2 26
Hibs Medsea 14 11 3 25
Alyssa Ashley Loyola 14 7 7 21
Athleta 13 7 6 20
Starlites Sports Experience 14 3 11 17
St. Andrews 14 3 11 17
GuzelPinar Mtarfa 13 0 13 13




Leave a comment