Kollox għat-tielet partita hekk kif Depiro u Siġġiewi jirbħu

Monday, April 2, 2012, 11:21

minn Colin Schembri

Kampjonat MSV Life Irġiel – Playoffs 2

Depiro 69
Floriana Francesco Fenech 52
(11-15)(18-12)(19-17)(21-8)

Siggiewi vs Athleta

Siggiewi vs Athleta

Wara li Floriana Francesco Fenech rebħu l-ewwel semifinali tal-playoffs tal-kampjonat MSV Life kontra Depiro, għal dawn ta’ l-aħħar kien l-aħħar ċans li jibqgħu jisperaw li jaslu sal-finali. U meta l-Amerikan Greg Hamlin spiċċa fouled out fit-tielet sessjoni, dawn it-tamiet dehru li se jisfaxxaw. Pero’ wirja qalbiena mil-players ta’ Mario Tabone imexxija mill-aħjar Nigel Sultana ta’ l-istaġun flimkien ma’ Roderick Vella u Adrian Micallef rawhom joħorħġu rebbieħa 69-52 biex sfurzaw it-tielet partita li tintlagħab nhar is-Sibt li ġej. Floriana ddependew wisq fuq Evan Fjeld u meta dan il-player inqabad fil-morsa tad-difiża ta’ Depiro, ma kienx fadlilhom ideat biex jevitaw it-telfa. Il-partita bdiet bid-Depiro joħorġu tajjeb u bil-punti ta’ Hamlin ħadu l-ewwel vantaġġ 6-2. Ir-risposta ta’ Floriana waslet minn Fjeld pero’ wara li ħadu vantaġġ, kien Vella li bi trippla reġa poġġa lil Depiro fuq quddiem. Hawn Hamlin għamel it-tielet foul u kienu Floriana li ħadu l-vantaġġ bl-aħħar sitt punti tas-sessjoni 15-11. Fjeld kabbrilhom il-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni sessjoni pero’ hawn Depiro għamlu run ta’ 12-0 bi trippli ta’ Sultana u Micallef biex marru 23-17 minn fuq. Fjeld u Adrian Baldacchino bi trippla reġgħu ppareġjaw il-logħba għal Floriana 23-23. Depiro wieġbu b’sitt punti qabel ma’ Clayton Calleja u Fjeld għamlu l-aħħar baskets Furjaniżi biex fl-intervall Depiro kienu 2 minn fuq 29-27.
Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni kien hemm baskets fuq kull naħa qabel ma Depiro għamlu break ta’ 8-2 b’punti ta’ Hamlin u Isaac Tanti biex marru 4 minn fuq 39-35. Fjeld reġa wieġeb għal Floriana pero’ Vella għamel trippla għal Depiro. Wara punti ta’ Fjeld, Hamlin ikometta l-ħames foul tiegħu u Floriana ppareġjaw bi trippla ta’ Ian Mercieca. Id-dħul ta’ Nigel Sultana kien strumentali għal Depiro li minkejja n-nuqqas ta’ Hamlin reġgħu għamlu 3 baskets oħra pero’ tilfu pussess fl-aħħar 2 sekondi biex is-sessjoni għalqet b’basket ta’ Fjeld fuq skor ta’ 48-44. Il-bidu ta’ l-aħħar strumentali kien stupend għal Depiro li għamlu break ta’ 14-0 b’Sultana jagħmel trippla flimkien ma’ 2 minn Vella biex Depiro fetħu vantaġġ ta’ 18 –il punt 62-44. Calleja u Fjeld wieġbu għal Floriana flimkien ma’ trippla ta’ Chris Sammut. Pero’ kienu Depiro li għamlu l-aħħar 5 punti tal-partita biex ħarġu rebbieħa 69-52 u issa l-finalist irid jiġi deċiż fit-tielet partita. Din il-logħba se tintwera fuq Malta Stars nhar L-Erbgħa 4 t’April.

Depiro: R. Vella 14, JP Schembri 1, N. Sultana 13, A. Aquilina 2, A. Portelli 2, A. Micallef 17, E. Lupo, M. Mallia, I. Tanti 6, G. Hamlin 14.
Floriana Francesco Fenech: J. Curmi, C. Sammut 5, I. Mercieca 3, S. Sammut, C, Calleja 6, A. Baldacchino 3, E. Fjeld 29, A. Sultana 4, M. Ciantar 2.
Referees: Alfred Carbonaro, Steve Gouder, Clive Terribile

Siġġiewi 59
A to Z Electronics Athleta 62
(12-16)(23-17)(12-20)(15-6)

Siġġiewi wkoll irnexxielhom jisfurzaw it-tielet partita fis-semifinali tagħhom kontra c-champions A to Z Electronics Athleta wara li rebħu t-tieni partita 69-64. Għal darb’oħra kellna partita missielta bejn dawn iż-żewġ timijiet li kienu qed jiltaqgħu għat-tnax –il darba dan l-istaġun. Siġġiewi kienu mingħajr Louis Camilleri fil-waqt li Athleta ma kellhom l-ebda problema ta’ formazzjoni. Il-partita fetħet bil-punti ta’ Steve Schembri għal Athleta b’Marco Matijevic iwieġeb għal Siġġiewi. Athleta reġgħu marru minn fuq wara punti minn Omar Said bi Chris Meier jirrispondi għal Siġġiewi. Il-logħob baqa’ maqsum bejn iż-żewġ timijiet u wara li Peter Shoults għamel trippla għal Siġġiewi kien hemm ir-risposta tal-Athleta minn Michael Naudi. Is-sessjoni għalqet b’basket minn Matijevic għal skor ta’ 19-16 bis-Siġġiewi jkabbru l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni sessjoni bi trippla oħra ta’ Shoults. Hawn Athleta għamlu seba’ punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Said biex reġgħu marru fuq quddiem 25-24. Siġġiewi wieġbu permezz ta’ Meier pero’ l-ebda team ma rnexxielhu jieħu vantaġġ kbir u sat-tmien minuta Siġġiewi kienu 32-31 minn fuq. Hawn huma għamlu trippla minn Karl Borg u baskets minn Shoults u Matijevic pero’ David Bugeja wkol għamel trippla għal Athleta biex fl-intervall Siġġiewi kellhom vantaġġ ta’ 5 punti 39-34.
It-tielet sessjoni kienet l-aktar waħda nieqsa mill-punti biż-żewġ timjiet jiddefendu agressivament għalkemm fil-ħames minuta Athleta reġgħu ħadu l-vantaġġ bit-tieni trippla ta’ Said u basket ta’ Addison Bonnici. Reġa kien Borg bi trippla li poġġa lil Siġġiewi minn fuq u minkejja li Said kellhu l-freethrows, Meier ukoll għamel wieġed minn tnejn biex Siġġiewi bdew l-aħħar sessjoni 50-47 minn fuq. Fl-ewwel żewġ minuti, Said u Marco Todorovic poġġew lil Athleta fuq quddiem.Hawn il-partita kompliet tisbieħ u Eman Xuereb bi trippla reġa ta l-vantaġġ lil Siġġiewi. Huma komplew bi break qasir ta’ 5-0 kollhu minn freethrows pero’ Said baqa’ l-iktar player perikoluż tac-champions hekk kif il-punti tiegħu il-vantaġġ lil Athleta 64-62 fid-disa’ minuta. Fl-aħħar minuta kien hemm biss il-punti ta’ Matijevic – sebgħa b’kollox biex Siġġiewi rebħu l-partita 69-64.

Siġġiewi: R. Agius, P. Shoults 11, E. Xuereb 3, A. Borg 2, K. Borg 6, C. Meier 17, C. Codomaris 2, M. Matijevic 28.
A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 8, I. Buldakov, D. Bugeja 3, M. Todorovic 14, M. Giusti, O. Said 21, D. Schembri 6, A. Bonnici 10, K. Baldacchino, S. Schembri 2.
Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Emanuel Mangani.





6 Comments

  1. Colin Schembri says:

    Change in fixtures as announced by MBA:

    Game 593 Saturday 07/04/12 13.00 MSV LIFE Women McDonalds Depiro vs Luxol

    changed to
    Game 593 Saturday 07/04/12 16.30 MSV LIFE Women McDonalds Depiro vs Luxol

    AND

    Game 595 Saturday 07/04/12 16.30 MSV LIFE 1st DIV Men Floriana Francesco Fenech vs Depiro Mtarfa

    Changed to

    Game 595 Saturday 07/04/12 13.00 MSV LIFE 1st DIV Men Floriana Francesco Fenech vs Depiro Mtarfa

    [Reply]

  2. Karl Borg says:

    U ala miraklu iehor….. Kemm idejquk is-siggiewi SUr Mizzi

    [Reply]

    louis mizzi Reply:

    Sur Borg, Mhux meraklu li terbah loghba meta tiskorja inqas punti mit tim l iehor!!!!!! BTW i have nothing against Siggiewi Basketball Club.

    [Reply]

    Colin Schembri Reply:

    U ija hadt zball…min ma jaghmel xejn ma jiehux zball sur mizzi.

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    u ijwa ma qal xejn hazin!!

  3. louis mizzi says:

    siggiewi 59 athleta 62……….meraklu iehor siggiewi rebhu..proof reading Colin please

    [Reply]

Leave a comment