Kollox għall-ħames partita

Sunday, May 6, 2012, 22:57

minn Colin Schembri

KAMPJONAT MSV LIFE NISA – Finali 4

 

Alyssa Ashley Loyola 55

Luxol 59

(16-11)(16-12)(18-16)(5-20)

 

Loyola vs Luxol

Loyola vs Luxol

Se jkollha tkun il-ħames partita bejn Alyssa Ashley Loyola u Luxol tal-Ħadd li ġej li tiddeċiedi r-rebħ tal-kampjonat MSV Life tan-nisa għal dan l-istaġun. Dan wara li rimonta stupenda mic-champions Luxol fl-aħħar sessjoni rathom jirkupraw partita li dehret mitlufa u ħarġu rebbieħa 59-55 biex sfurzaw il-ħames partita. Ir-raba’ finali ntlagħbet fil-preżenza tal-coach nazzjonali Santino Coppa u quddiem attendenza sabiħa u ż-żewġ timijiet kellhom il-formazzjoni kompleta tagħhom. Luol għamlu l-ewwel punti permezz ta’ Robin Murphy li tawhom l-ewwel vantaġġ 5-0. Ir-risposta ta’ Loyola waslet minn Desarae Johnson u Sammy Jo Barbara pero sat-tmien minuta, Luxol dejjem irnexxielhom jibqgħu fil-vantaġġ hekk kif Murphy kompliet twieġeb għalijhom. Pero’ fl-aħħar żewġ minuti, Loyola għamlu 8 punti mingħajr risposta bi Christina Grima tagħmel l-aħħar erbgħa biex huma temmew is-sessjoni 16-11 minn fuq. Il-mument posittiv ta’ Loyola kompla anke fil-ftuħ tat-tieni perjodu fejn huma bdew bi break ieħor ta’ 12-4 b’baskets minn Adalia Bonanno u Barbara fost l-oħrajn. Bil-Luxol 13 –il punt minn taħt, il-coach ĠermaniżChristoph Stolpgħajjat it-tieni time-out. Hawn il-players tiegħhu tejjbu l-logħba tagħhom u permezz ta’ Murphy u Becy Naudi naqqsu d-distakk. Bonanno u Johnson reġgħu wieġbu għal Loyola li daħlu jistrieħu 32-23 minn fuq.

It-tielet perjodu fetaħ b’basket ieħor ta’ Johnson qabel ma Luxol għamlu l-ewwel pass lejn ir-rimonta tagħhom bi break ta’ 8-0 fosthom trippla ta’ Greta Zarb biex naqqsu d-distakk għal 3 punti 31-34. Hawn pero’ Loyola rkupraw wara time-out ta’ Ruth Spiteri u kienu huma li għamlu break ta’ 8-0 biex reġgħu żiedu l-vantaġġ tagħhom. Sarah Pace wieġbet bi trippla għal Luxol flimkien ma’ punti tal-captain Mandi Sciortino pero Grima u Moore għalqu s-sessjoni għal Loyola fuq skor ta’ 50-39. Il-vantaġġ reġa’ kiber fil-bidu tal-aħħar sessjoni wara basket ta’ Johnson 52-39. Hawn Loyola waqfu u Luxol approfittaw u bdew ġejjin lura fil-partita. Huma bdew b’run ta’ 11-0 fosthom trippla oħra ta’ Pace. Johnson għamlet free-throw għal Loyola segwit minn basket ta’ Barbara biex fit-tmien minuta Loyola kienu għadhom 5 minn fuq 55-50. Murphy għamlet żewġ freethrows u Beverlee Zammit bi trippla fl-aħħar minuta ppareġjat 55-55. L-istess player tat il-vantaġġ lil Luxol bi freethrows. Johnson kellha l-okkażjoni tippareġja pero’ falliet il-freethrows 18 –il sekonda mit-tmiem. Minn naħa l-oħra Murphy għamlet 2 minn 2 biex isiġġillat ir-rebħa għal Luxol 59-55. Segwu din il-partita fuq Malta Stars nhar l-Erbgħa fis-7.30 ta’ fil-għaxija fil-waqt li l-ħames partita tintlagħab nħar il-Ħadd fl-16.30.

 

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 6, C. Grima 11, J. Doughty 2, K. Borg, D. Hollier, K. Tonna, A. Bonanno 9, J. Mangion, A. Sciberras, F. Camilleri, S.J. Barbara 12, D. Johnson 15.

Luxol: S. Pace 6, M. Sciortino 11, C. Medina, B. Naudi 2, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 4, P.Ellul, R. Murphy 26, D. Muscat, A. Paul, B. Zammit 10.

Referees: Bernard Vassallo, Clive Terribile, Alfred Carbonaro.

 

Statistika…

 

Loyola

 

Free throws – 11 on 17

Baskets – 22 on 64

Three pointers – 0 on 2

Rebounds – 49

Assists – 15

Turnovers – 22

Steals – 7

Fouls Suffered – 17

Fouls Made – 19

 

Luxol

 

Free throws – 19 on 23

Baskets – 14 on 42

Three pointers – 4 on 20

Rebounds – 37

Assists – 11

Turnovers – 20

Steals – 11

Fouls Suffered – 19

Fouls Made – 17





7 Comments

  1. karmnu says:

    ara tfacca karmnu iehor :) ))) kun originali please

    [Reply]

  2. karmnu says:

    jiena nahseb li loyola mux they have to be more as a team ax it team hemm qied .. irridu jemmnu li ghandhom team ahjar min ta luxol u huma kapaci jerbhu il kampjonat..il players li labu fxi hin derhu ajjenin pero naqbel mal kowc li biddlet fej hi setat .. ma nahsibx li kien hemm iktar post al subs fdik il loba

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    i have nothing against ruth .. anzi !! Imma kultant il lob ta lyola huwa christina jew il barranija !! x jivintaw !!

    [Reply]

    karmnu Reply:

    dak ax il players lohra jibzaw wisq jilabu

    [Reply]

  3. louis mizzi says:

    well done Luxol………..tal loyola hadu falza stikka. kienu tant vicin li jerbhu imma il kwoc telala ar rasa u halliet kwazi 5 plejers jilabu 40 minuta. Kowc jekk trid tihu din it trofy id dar qumm min hemm ghax ghandek biex terbah imma……..ara li jkollok tim maqud fuq il kort u fuq il bank.

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    naqbel mijak .. nahseb loyola needs to be more as a team !!

    [Reply]

  4. Truly Bball Lover says:

    il hadd 16:30 zgur ?

    [Reply]

Leave a comment